Stqarrija Stampa: Jum il-Ħaddiem. Zminijietna b’appell sabiex jiddaħlu mizuri adegwati biex tiġi miġġielda l-prekarjetà u paga baxxa.


Fl-okkazzjoni ta’ Jum il-Ħaddiem, Zminijietna – Leħen ix-Xellug tisħaq “sabiex il-Gvern jfassal pjan sabiex tiġi miġġielda l-prekarjetà u pagi baxxi. L-aktar kategorija ta’ ħaddiema milquta minn dawn il-problemi huma dawk b’paga baxxa. Minn naħa l-oħra Zminijietna tinnota b’mod pozittiv l-isforz tal-Gvern li jzomm l-inflazzjoni f’livelli baxxi, it-tielet l-inqas fl-Ewropa. (Stat Ewropeja turi li f’Jannar 2023 kienet ta’ 6.8%) 
Fir-rigward ta’ xogħol prekarju, Zminijietna ziedet tgħid “li l-Gvern għandu jilleġisla favur ‘unjin mandatorju’ għall-ħaddiema b’paga baxxa”. 

“Kif ukoll, il-Gvern għandu jaħdem sabiex tizdied il-paga minima nazzjonali. Fl-istess waqt għanda tiddaħħal leġislazzjoni li tirregola aġenziji tax-xogħol, fejn il-ħlas mitlub mil-aġenziji lill-ħaddiem jkun wieħed ġust, u li l-impjieg li jkun offrut jkun diċenti. Jekk bil-kontra l-aġenziji għandhom jiġu skwalifikati. 

Barra minn hekk Zminijietna tesiġi li kull entità li tinqabad tisfrutta l-ħaddiema għanda titneħħila l-liċenzja awtomatikament”. 
Zminijietna – Leħen ix-Xellug temmen “li wasal il-waqt li l-Gvern jniedi strateġija nazzjonali għall-bilanċ bejn il-familja u x-xogħol. Fosthom favur ġimgħa xogħol ta’ 35 siegħa, għal ħames t’ijiem lif lill-persuna f’kaz li tfal jew anzjani jkunu ma jifilħux”. 
Zminijietna tagħlaq l-istqarrija ta’ Jum il-Ħaddiem “b’enfazi sabiex f’Malta tibda d-diskussjoni dwar l-impatt li se ġġib magħha l-intelliġenza artifiċjali fil-qasam tax-xogħol u l-ekonomija. AI li qed tiġi zviluppata rapidament zgur li se ġġib bidliet kbar fil-qasam tax-xogħol.
David PisaniUffiċjal Relazzjonijiet PubbliċiZminijietna – Leħen ix-Xellug