L-organizzazzjoni Xellugija Zminijietna toġġezzjona bil-qawwa għall-proposta ta’ żvilupp (PA/03147/23) għall-bini ta’ farmhouse fuq sular wieħed f’Wied il-Għexierem, fir-Rabat.
“Il-Kunsill Lokali tar-Rabat wkoll qed jieħu pożizzjoni kontra dan l-iżvilupp propost”, żiedet tgħid Zminijietna – Leħen ix-Xellug.
Żminijietna qalet “li ż-żona kollha tal-wied hija klassifikata bħala spazju miftuħ ta’ valur għoli u z-zona hija wkoll mħarsa bil-liġi ambjentali minħabba l-importanza ekoloġika tal-post”.
Għalhekk, l-organizzazzjoni xellugija qed tappella lill-Awtorità tal-Ippjanar biex tirrifjuta tali applikazzjoni.
Żminijietna tistieden lill-pubbliku joġġezzjona għall-pjanijiet fuq is-sit tal-PA sal-15 ta’ Ġunju.
David Pisani
Uffiċjal Relazzjonijiet pubbliċi
Zminijietna – Leħen ix-Xellug.