L-organizzazzjoni Xellugija Zminijietna tappella lill-“Gvern Malti biex juża l-pożizzjoni tiegħu biex jinfluwenza lill-Gvern Ingliż biex jaħdem għall-paċi fil-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna. Is-Segretarju Ingliż għall-Affarijiet Barranin, James Cleverly se jżur Malta għada.
Żminijietna żiedet tgħid “li l-Gvern Ingliż, aktar milli jkompli bl-istrateġija tiegħu biex jforni militarjament lill-Ukrajna, għandu minflok jaħdem għal negozjati serji ta’ paċi”.
Żminijietna qalet li “diversi reġjuni fid-dinja li f’mument minnhom kienu fi stat ta’ gwerra wkoll laħqu parzjalment l’hekk imsejjaħ ‘ftehim ta’ paċi’. Fost dawn, kien hemm il-gwerra tal-Korea, il-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestina, l-invażjoni Torka ta’ Ċipru, u l-annessjoni tal-Kosovo mis-Serbja.
Barra minn hekk, Żminijietna laqgħet id-deċiżjoni tal-Gvern li jpoġġi lil Malta f’pożizzjoni ta’ pajjiż ‘militarment newtrali’ fil-gwerra tal-Ukrajna, filwaqt li Malta toffri l-għajnuna kollha tagħha fuq livell umanitarju u dak mediku”.
David Pisani
Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi
Zminijietna – Leħen ix-Xellug