Zminijietna – Voice of the LeftP.O Box 35 Sliema. SLM1000zminijietna@yahoo.com
16th September 2023
Press Statement: “Malta’s neutral position should be respected” – Zminijietna
The Left think-tank organisation Zminijietna stated that “it totally disagrees with the political views expressed by the Maltese Ambassador to France, whether we as a nation should keep on embracing the neutrality clause”.
The Leftist organisation said “that in order to reach a peaceful settlement agreement to the Russia-Ukraine war, Malta should keep on supporting the global solidarity movement’s call ‘Stop the weapons, Start the talks’.
Zminijietna added that “an EUrobarometer survey done recently shows that approximately half of the European citizens disagree with sending military aid to the war in Ukraine”.
Furthermore, Zminijietna said that “according to a survey carried out in Ireland in February of 2023, 61% of the people support a non-aligned position with regards to military aid”.
“In Malta, a survey commissioned by the Ministry of Foreign Affairs in 2022 shows that the majority of the Maltese people (63%) are strongly in favour of Malta’s neutrality clause in our constitution”.
“Also, the European Council of Foreign Affairs website illustrates that 60% of the entire world population forms part of the non-aligned movement”, stressed Zminijietna – Voice of the Left.
David Pisani
PRO Zminijietna – Voice of the Left
Stqarrija għall-Istampa: “Il-politika ta’ newtralitá għandha tiġi rispettata” – Żminijietna
L-Organizazzjoni Xellugija Zminijietna qalet li “ma taqbilx għal kollox mal-fehmiet politiċi espressi mill-Ambaxxatur Malti għal Franza, jekk aħna bħala nazzjon għandniex nibqgħu nħaddnu l-klawsola tan-newtralità”.
L-organizzazzjoni Xellugija qalet “li biex tinstab soluzzjoni ta’ paċi għall-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna, Malta għandha tkompli tappoġġja s-sejħa mil-moviment ta’ solidarjetà globali ‘Inwaqqfu l-armamenti, nibdew it-taħdidiet’.
Żminijietna żiedet tgħid li “stħarriġ tal-EUrobarometer li sar dan l-aħħar juri li bejn wieħed u ieħor nofs iċ-ċittadini Ewropej ma jaqblux li tintbgħat għajnuna militari għall-gwerra fl-Ukrajna”.
Barra minn hekk, Żminijietna qalet li “fl-Irlanda, 61% tan-nies jappoġġjaw politika ta’ non-allinjament fir-rigward tal-għajnuna militari. Dana skond stħarriġ li sar fl-Irlanda fi Frar tal-2023”.
“F’Malta, stħarriġ ikkummissjonat mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fl-2022 juri li l-maġġoranza tal-poplu Malti (63%) huwa favur bis-sħiħ il-klawżola ta’ newtralità fil-kostituzzjoni ta’ Malta”.
“Kif ukoll, sit uffiċċjali tal-Kunsill Ewropew tal-Affarijiet Barranin juri li 60% tal-popolazzjoni kollha dinjija tifforma parti mill-moviment non-allinjat”, saħqet dan Zminijietna – Leħen ix-Xellug.
David Pisani
Uffiċjal Relazzjonijiet Pubbliċi
Zminijietna – Leħen ix-Xellug