L-Organizazzjoni Xellugija Żminijietna hija kontra l-proposta tal-Gvern li l-Lukanda Fortina tingħata b’konċezzjoni ta’ t-tqegħid ta’ żewġ pontuni temporanji għal matul il-perjodu tas-sajf. B’din id-deċizjoni r-residenti ta’ Tas-Sliema se jiġu mċaħħda mid-drittijiet tagħhom għall-aċċess pubbliku għall-baħar.
Żminijietna żiedet tgħid li l-“Gvern għandu jirrispetta l-liġijiet tal-ippjanar. Il-komunità lokali u l-Kunsill Lokali għandhom id-dritt li jkunu involuti qabel ma xi ħadd joħroġ b’xi deċiżjoni, peress li ż-żona hija waħda pubblika u tajba għall-għawm”.
Żminijietna kompliet tgħid li “id-deċiżjoni meħuda mill-Gvern mhix waħda bbazata fuq studji; hija biss deċiżjoni politika. Fil-fatt iż-żona qatt ma ġiet elenkata għal skopijiet ta’ irmiġġ”.
David Pisani
PRO
Zminijietna – Leħen ix-Xellug