Romano Prodi jgħid li l-Unjoni Ewropea bħalissa ma teżistix.

prodiRomano Prodi kien darbtejn elett Prim Ministru tal-Italja mill-1996 sal-1998 u mill-2006 sal-2008. Huwa kien ukoll maħtur President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mill-1999 sal-2004. Din hija l-għola kariga tal-Unjoni Ewropea, illum okkupata minn Jean Claude Juncker. Prodi huwa mexxej politiku għal kollox favur l-Unjoni Ewropea u ħadem bis-sħiħ bħala President biex l-Unjoni tirnexxi. Huwa wkoll professur tal-ekonomija fl-Universita ta’ Bologna.

Ftit tal-ġranet ilu Romano Prodi ġie intervistat mill-ġurnal Taljan ta’ kulljum La Stampa dwar l-Unjoni Ewropea. Fost kollox Prodi qal li l-Unjoni Ewropea bħalissa ma teżistix u li huwa sorpriż kif ħadd għadu ma għajjat laqgħa għolja (summit) straordinarja dwar dak li tinsab fih l-Unjoni Ewropea.

Tkellem ukoll dwar il-bidla fit-tmexxija tal-Istati Uniti u qal illi l-Unjoni Ewropea għandha tneħħi immedjatament is-sanzjonijiet li għamlet kontra ir-Russja u mhux toqgħod tistenna li l-President ġdid tal-Istati Uniti Donald Trump ineħħihom l-ewwel huwa.

Dawn l-istqarrijiet minn Romano Prodi għandhom bosta tifsiriet, fosthom illi:

  1. Il-politika tal-Unjoni Ewropea tant falliet li skond Prodi ma teżiżtix l-ebda għaqda fit-tmexxija tal-Unjoni Ewropea
  2. Dawk kollha li ilhom isostnu li l-Unjoni Ewropea għandha tibdel ir-rotta għandhom raġun.
  3. Il-presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea mhu se tiswa’ għal xejn jekk ma tittrattax il-kaġun vera tad-diżgwid intern li semma’ Prodi.
  4. Kemm għandu wkoll raġun il-Front Maltin Inqumu jargumenta li Malta għandha jew tibdel il-ftehim b’mod li terġa tikseb il-ħelsien, jew inkella toħroġ mill-Unjoni Ewropea.