Press Statement: Zminijietna urges Government to freeze diplomatic ties with Israel. 

Zminijietna – Voice of the LeftP.O Box 35 Sliema. SLM1000 2nd December 2023

The Left think-tank organisation Zminijietna calls upon the Government to freeze diplomatic ties with Israel due to its insistence with the war in Gaza. Many innocent people are being killed.

Zminijietna added that “more than 15,000 people, mainly children and women, have been killed till now. UN Child rights Committee is calling this a genocide, as children are being targeted.

UN Refugee and Work Agency buildings in Gaza are also being targeted by Israeli forces. This is also a violation of international law. This agency is there to assist Palestinian people who are being displaced from their land”.

Furthermore, Zminijietna views Malta chairing the OSCE in 2024 as positive.

“Malta should use this opportunity to promote peace and justice. The organisation for Security and Cooperation (OSCE) was founded to ease tensions between the East and the West during the Cold war”.

David Pisani
PRO
Zminijietna – Voice of the Left

Stqarrija għall-Istampa: Żminijietna tappella lill-Gvern biex jiffriża r-rabtiet diplomatiċi mal-Iżrael.

L-Organizzazzjoni Xellugija Żminijietna appellat lill-Gvern Malti biex jiffriża r-rabtiet diplomatiċi ma’ Iżrael minħabba l-insistenza tiegħu għall-gwerra f’Gaża. Ħafna nies innoċenti qed jinqatlu.

Żminijietna żiedet tgħid li “s’issa nqatlu aktar minn 15,000 persuna, l-aktar tfal u nisa. Il-Kumitat tad-Drittijiet tat-Tfal tan-Ġnus Magħquda qed isejjaħ dan bħala ġenoċidju, peress li t-tfal qed jispiċċaw taħt il-mira tal-militar Izraeljan.

Il-bini tal-Aġenzija tal-Ġnus Magħquda għar-Refuġjati u x-Xogħol f’Gaża (UNRWA) wkoll qed jkun fil-mira tal-forzi Iżraeljani. Dan huwa wkoll ksur tal-liġi internazzjonali. Din l-aġenzija qiegħda hemm biex tassisti lin-nies Palestinjani li qed jiġu mneħħija minn arthom”.

Barra minn hekk, Żminijietna tqis pożittiva l-aħbar li Malta se tieħu l-presidenza tal-OSCE għas-sena 2024.

“Malta għandha tuża din il-pożizzjoni biex tippromwovi l-paċi u l-ġustizzja. L-organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni twaqqfet biex ittaffi t-tensjoni bejn il-Lvant u l-Punent matul il-gwerra l-bierda”.

David Pisani
PRO
Zminijietna – Leħen ix-Xellug