19th March 2023
The Left think-tank organisation Zminijietna appeals “the Government to withdraw plans for the relocation of a petrol station in Gzira Garden. Public gardens are not listed as an area suitable for the relocation of a fuel station”.
Zminijietna added “the government has no excuse on this issue, as the ‘area’ earmarked for the relocation of the petrol station is a public one. The area serves as a recreational, open and green space”.
Furthermore, Zminijietna said that “the Environmental Minister should take a position on this issue, as this proposed development directly violates planning regulations and policies on petrol stations, and also goes against ‘project green’ “.
“Public areas such as gardens should not be considered for the relocation and building of a petrol stations. The relevant authorities should resist this. On the other hand Zminijietna views positive Government’s policy to increase green spaces in urban areas”, concluded Zminijietna – Voice of the Left
David Pisani
PRO
Zminijietna – Voice of the Left.
Stqarrija għall-Istampa: “Ġonna pubbliċi m’għandhomx jitqiesu għar-rilokazzjoni ta’ pompi tal-petrol” – Żminijietna – Leħen ix-Xellug
L-Organizazzjoni Xellugija Zminijietna qed tappella “l-Gvern biex jirtira pjanijiet għar-rilokazzjoni ta’ pompa tal-petrol fi Ġnien il-Gżira. Ġonna pubbliċi mhumiex imniżżla bħala żona addattata għar-rilokazzjoni ta’ pompa tal-fjuwil”.
Żminijietna żiedet tgħid “il-gvern m’għandu l-ebda skuża fuq din il-kwistjoni, peress li ż-żona’ allokata għar-rilokazzjoni tal-pompa tal-petrol hija waħda pubblika. Iż-żona qed sservi l-lokalita bħala spazju ta’ rikreazzjoni, miftuħ u aħdar”.
Barra minn hekk, Żminijietna qalet li “l-Ministru tal-Ambjent għanda tieħu pożizzjoni fuq din il-kwistjoni, peress li dan l-iżvilupp propost jikser direttament ir-regolamenti tal-ippjanar dwar il-pompi tal-petrol, u jmur ukoll kontra l-politika favur il-poplu ta’ ‘project green’”.
“Żoni pubbliċi bħal ġonna m’għandhomx jitqiesu għar-rilokazzjoni u l-bini ta’ pompa tal-petrol. L-awtoritajiet rilevanti għandhom jirreżistu dan. Mil-banda l-oħra Zminijietna tħares b’mod pozittiv lejn il-politika tal-Gvern li jzied l-ispazji pubbliċi ħodor f’zoni urbani”, temmet tgħid Zminijietna – Leħen ix-Xellug.
David Pisani
PRO
Zminijietna – Leħen ix-Xellug.