Il-Front Maltin Inqumu żamm il-laqgħa ġenerali annwali għall-membri tiegħu il-Ħamis 7 ta’ Diċembru 2017. Il-laqgħa saret fil-Workers Memorial Building tal-GWU il-Belt.
Waqt din il-laqgħa ġew diskussi diversi aspetti dwar ir-relazzjonijiet ta’ Malta mal-Unjoni Ewropea, fosthom it-telfien tal-Ħelsien ta’ Malta, u l-impożizzjoni tal-politika anti-soċjali fuq il-poplu Malti mill-Unjoni Ewropea. Saru ħafna interventi mill-membri preżenti u kulħadd ikkonferma l-ħtieġa li titkompla l-ġlieda biex Malta terġa tikseb il-Ħelsien u jkollha rajha f’idejha. Issemmew ħafna wkoll il-problemi tax-xogħol prekarju dejjem jikber u tal-kriżi kbira tal-kera dejjem togħla.
Waqt din il-laqgħa l-membri preżenti ikkonfermaw lill-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici bħala President Onorarju u lil Sammy Meilaq bħala President tal-Front Maltin Inqumu, kif ukoll lill-bqija tal-Kumitat tat-Tmexxija.