Minn Owen Galea 7 ta’ Novembru 2022 https://tvmnews.mt/
Karmenu kien furbu ħafna imma qalbu tajba immens u qatt ma jfittex li juri dak li qiegħed jagħmel dejjem moħbi. Jgħin lil dak li jkun u jistaħba.
Ċettina Mifsud Bonnici – Oħt l-ex Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici
Kliem Ċettina Mifsud Bonnici, oħt Karmenu Mifsud Bonnici li mietet ftit tax-xhur ilu u li għal għexieren ta’ snin għexet taħt l-istess saqaf miegħu fil-Ħamrun flimkien ma’ ħuhom is-saċerdot Ġużeppi Mifsud Bonnici.
“Konna very happy together. Bqajna jien hu u l-qassis and we were very happy together”, qalet Cettina.
Hija tirrakkonta kif waslu l-Ħamrun minn Bormla wara li faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija.
“Aħna fil-gwerra ġejna l-Ħamrun. Joe l-qassis ġabitu tarbija l-mama. Konna noqogħdu quddiem il-knisja fejn issa hemm il-każin tal-Labour. Hemmhekk konna noqogħdu”.
Ċettina titkellem dwar is-sens ta’ umoriżmu li kellu Karmenu Mifsud Bonnici inkluż f’ċirkostanzi fejn seta’ kien ta’ tħassib għall-familja tiegħu.
“Naturalment huwa dejjem kien fi tradeunions. Darba minnhom raqad il-phonecia. Naturalment it was his duty to do so. Raqad mal-ħaddiema. Ordnalhom… u raqad hemmhekk. U meta qomna l-papa beda jgħid dak mhux hawn dak mhux hawn. Inċemplu lill-pulizija. Għedtlu ma nċemplu lill-pulizija xejn, inċemplu lil Phonecia. Insomma sibnieh hemm hux. Għaliex irrisponda karmenu u qalli x’ġara? Ghedtlu dak li m ghamiltx int xi tridu jiġri li ma daħalx fis-sodda.”
Oħt Karmenu titkellem ukoll dwar il-karattru riservat ħafna ta’ ħuha.
Ma tantx niftakru jgħid għax hu ma jgħid xejn. Jagħmel l-affarijiet tiegħu bi kwietu. Ma jagħti kas ta’ ħadd li qed jgħidlu iva jew le u ma jgħid xejn. Jiġifieri ma tantx niftakru jgħid. Lanqas tkun taf x’inhu jagħmel.
Ċettina Mifsud Bonnici – Oħt l-ex Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici
Hija titkellem dwar it-tħassib tagħha meta saret taf li se ħuha se jidħol fil-politika u mal-Partit Laburista.
“Ma għamel xejn speċjali. Inkwetajna ftit hux. Għalfejn inkwetajtu? L-ewwelnett kien mal-Labour hux. Inkwiet hux dan mhux gost. Konna very happy mexjin aħna”, tirrakkonta Ċettina.
U minkejja l-fehmiet opposti fil-familja, tistqarr li qatt ma kellhom inkwiet fid-dar.
“Fid-dar ma kellniex inkwiet. Kulħadd jirrispetta l-opinjoni ta’ kulħadd. Qatt ma kellna inkwiet bejnietna. Qatt qatt qatt. Wieħed jiġi jgerger fuq l-ieħor. Karmenu qatt ma kien igerger għax iżomm kollox ġo fih. Antoine kien igerger għalih. Kont nisma’ u tipprova tirranġa. Imma qatt ma kellna xi ngħidu għax kulħadd jirrispetta l-opinjoni ta’ kulħadd”.
Ċettina titkellem ukoll dwar l-ikbar xewqa li kellu Karmenu Mifsud Bonnici.
Naħseb ix-xewqa kienet l-iktar il-ħaddiem biex jaqbeż għall-ħaddiem.
Naħseb dik kienet l-ispinta li kellu mhux li jsir avukat.
ĊETTINA MIFSUD BONNICI
Fuq kollox issotni li Karmenu kellu qalbu tajba ħafna kien kapaċi jbati hu bla ma juri.
Qalbu tajba immens u kapaċi jinża għarwien għall-ħaddieħor. Imma mbagħad you never know where you are with him. Dik vera ghax ma jurix x ghandi fih lanqas jekk ikun qed ibati, lanqas jekk ikun qed imut ma jgħidlek li qed imut. Ma jurix.
Ċettina Mifsud Bonnici