F’ Settembru, 1984, Malta kienet tinsab f’ taqtigħa Politika bejn il-Gvern Laburista fuq naħa, u l-Knisja u l-Partit Nazzjonalista fuq naħa oħra. Din it-taqtigħa kienet dwar il-bidla li ried il-Gvern Laburista biex l-iskejjel tal-Knisja jinfetħu għal kulħadd, u ma jibqgħux biss għal min jiflaħ iħallas.
Nhar it-28 ta’ Settembru 1984, il-ħaddiema tat-tarzna ipprotestaw kontra l-mexxejja tal-Knisja billi immarċjaw mit-tarzna sal-belt. Waqt dan il-marċ sar ħbit fuq il-Kurja u sar xi tkissir.
Sammy Meilaq, li kien fil-marċ mal-ħaddiema l-oħra, jirrakkuntaw x’ġara dak inhar fil-ktieb “Biċċiet minni”.
Il-Front Maltin Inqumu se jxandar ir-rakkont spjegat minn Sammy Meilaq, intitolat ”L-attakk fuq il-bini tal-Kurja jagħmel ġid kbir lill-fidi f’Malta” nhar it-28 ta’ Settembru.