KARMENU MIFSUD BONNICI

Dan l-artiklu deher fil-gurnal it-Torca tal-Hadd 13 ta’ Novembru, 2022.


Lil Dr Karmenu Mifsud Bonnici mhux biss ili nafu ghaxriet ta snin, imma jien kburi li kelli x-xorti li nahdem mieghu mill-vicin ghall-gid tal-poplu u tal-klassi tal-haddiema, li huwa tant emmen li ghandu jahdem ghalihom. Ghalhekk infakkar xi ftit minn din il-hidma.

Fl-1978 huwa kien qed imexxi azzjoni industrijali tal-GWU kontra l-management tal-Hotel Phoenicia, li kien qed jinjora l-collective agreement u allura de facto ma kienx qed jirrikonoxxi il-GWU. Kien iddecieda li l-hotel ghandu jittiehed u jitmexxa mill-haddiema stess bhala azzjoni industrijali. Talabni nsib xi attivisti biex nghinu b’solidarjeta u jien mill-ewwel accettajt. Il-haddiema impjegati bil-ghajnuna taghna hadu f’idejom il-hotel ghal 34 jum shah, lejl u nhar, sakemm il-management kellu jcedi. Fl-1984 kont ukoll wiehed mill-hafna eluf ta haddiema Maltin, b’fuq quddiem nett ahna l-haddiema tat-tarznari, li zammejna sodi warajh fil-glieda qaddisa biex l-iskejjel tal-knisja jsiru b’xejn u jkunu miftuhin ghal kullhadd. Fl-1988 ukoll kont mieghu, flimkien ta hafna ohrajn, biex waqqaffna l-Ark Royal milli jidhol Malta bi ksur tal-kostituzzjoni u bil-periklu tal-armamenti nukleari.  

Dawn qed insemmihom ukoll ghax juru li Karmenu Mifsud Bonnici, biex il-gustizzja socali issehh ma kienx jasal biss sar-rezistenza passiva ta Shelley u ta Ghandi, imma kien jasal sa dik nisranija tal-azzjoni diretta bis-“sawt bil-hbula”.

Bhala persuna, Malta kollha taf li Karmenu Mifsud Bonnici kien altruist, karitattiv, u jahdem ghal ghajru minghajr ma jfittex l-interessi tieghu personali. Li nzid ma dan kollu huwa li Karmenu Mifsud Bonnici qatt ma fittex il-poter politiku jew xi poter iehor. Kien accetta li jservi bhala kap tal-partit u tal-gvern wara pressjoni u cirkostanzi politici partggjani li l-umilta tieghu gelitu jaccetta. Bla dubju huwa kien kampjun tal-filosfu-re platoniku.

Il-hidma tieghi ma Karmenu Mifsud Bonnici kompliet tizdied mil-2002 il-quddiem. Flimkien ma numru ta attivisti ohrajn ahna bqajna Mintoffjani, socjalisti, inpoggu l-interessi tal-klassi tal-haddiema qabel dawk tas-sidien tal-kapital, nopponu kull meta n-newtralta ta Malta tigi mittiefsa, u ninsistu li l-poplu Malti ghadu dritt jirrevedi l-ftehim mal-Unjoni Ewropea u jdahhal il-garanziji li Malta jixirqila u li ghanda dritt ghalihom. Jien konvint ghall-ahhar li l-istorja ghad trid turi kemm Karmenu Mifsud Bonnici kellu ragun.

SAMMY MEILAQ.