Il-unions Ewropej dwar is-sitwazzjoni fit-Turkija

Dan l-aħħar l-ETUC ħabbret li saret dikjarazzjoni konġunta bejn il-federazzjonijiet tal-Unions Ewropej u l-Unions Torok dwar is-sitwazzjoni u l-iżviluppi  tal-membri fejn wara l-attentat tal-Kolp ta’ Stat li falla disa’ xhur ilu. Saru u qegħdin isiru numru ta’ azzjonijiet fil-konfront ta’ bosta ħaddiema.

Dawn ir-rapreżentanti Internazzjonali flimkien ma’ żewġ konfederazzjonijiet nazzjonali tal-Ġermanja (DGB) u l-Ingilterra (TUC), kif ukoll għaqdiet oħrajn li jirrapreżentaw setturi tax-xogħol varji bħal ma huma UNI Global, IndustriAll, EPSU u ETUCE, flimkien ikkundannaw l-attentati terroristiċi jew kull sforz li jmur kontra l-kostituzzjoni sabiex jinħataf il-poter u titwaqqa d-demokrazija fil-pajjiż.

Dawn urew it-tħassib tagħhom dwar it-tkeċċijiet f’ammonti kbar mis-settur pubbliku b’mod partikulari, mill-Gvern Tork. F’ ħafna minn dawn il-każijiet kienu bla provi u li mhux fil-ħarsien tal-liġi tax-xogħol.

Din id-delegazzjoni f’diskussjonijiet separati rrikonoxxiet li għalkemm t-Turkija qiegħda tiffaċja sfidi u theddid, il-miżura ta’ stat t’ emerġenza u digriti, issa marru lil hinn u huma sproporzjonati għal dak li huwa meħtieġ għas-sigurta nazzjonali. Id-Delegazzjoni kompliet billi qalet li s-sospenzjonijiet u t-tkeċċijiet ta’ għexieren ta’ eluf ta’ ħaddiema qiegħdin ikissrulhom ħajjiethom u din qiegħda issir problema umanitarja. Barra minn hekk, dawn il-miżuri qiegħdin jolqtu ħażin in-negozji, l-investiment u l-impjiegi kif sadanitant kwistjonijiet ewlenin oħra li tħallew jew ingħataw il-ġenb huma t-titjib  fis-saħħa u sigurta fuq il-post tax-xogħol, ix-xogħol prekarju, jew it-tiġdid tal-ftehim kollettiv. Fl-aħħar kien enfasizzat li l-bażi ta’ kollox hija l-paċi soċjali għax b’hekk  twassal għall-żvilupp sostenibbli, demokratiku, inklussiv, sekulari, u soċjeta stabbli.

Din id-delegazzjoni  irnexxielha twasslu numru ta’ proposti lil Ministeru tax-Xogħol Tork, li huma:

  1. Jitpoġġew kundizzjonijiet neċessarji sabiex jieqaf l-istat t’emerġenza li ilu sejjer għal disa’ xhur
  2. Jieqfu t-tkeċċijiet u s-sosspenzjonijiet, l-arresti u l-intimidazzjonijiet mingħajr provi u li jmorru kontra l-ligi tax-xogħol
  3. Jinħelsu ħaddiema, parlamentari, ġurnalisti, u sindki eletti demokratikament li huma l-ħabs mingħajr ebda akkuża ċara
  4. Liġijiet jerġgħu jiġu lura għan-normal li timplika l-preżunzjoni tal-innoċenti u d-dritt għal smiegħ ġust, indipendenti u trasparenti u proċeduri tal-appell, terga tiġi rispettatha l-liġi, d-demokrazija, u l-ġustizzja
  5. Terġa lura f’postha l-Inkjesta tal-Kummissjoni dwar l-Istat ta’ Miżuri ta’ Emerġenza fejn ikun żgurat li d-deċiżjonijiet ta’ din il-kummissjoni, ikunu suġġett għal reviżjoni ġuridika u possibilment indipendenti, trasparenti u proċeduri t’ appelli effettivi f’ħin raġonevoli, li jinkludi wkoll fil-livell Ewropew bħala l-aħħar għażla
  6. Immedjatament għadu jsir rimedju ta’ tbagħtijiet ta’ nies innoċenti li ġew arrestati jew sospiżi u jerġgħu jidħlu lura fix-xogħol tagħhom
  7. Għandu jerġa’ jingħata d-dritt tal-espressjoni ħielsa u kif ukoll jerġgħu jinfetħu l medja indipendenti u assoċjazzjonijiet tagħhom
  8. Jieqfu l-ksur ta’ liġijiet, jerġgħu jiġu rispettati u implimentati d-drittijiet tax-xogħol kif huma stipulati mill-ILO
  9. Għandha issir ħeġġa sabiex il-partijiet involuti jidħlu f’diskussjonijiet biex jissolvu l-problemi

 

Fl-aħħar id-delegazzjoni tablet lil UE, lil ILO, kif ukoll lil Kunsill tal-Ewropa sabiex ikomplu isegwu l-iżvilluppi ta’ dawn it-talbiet, partikolarment bl-involviment tas-sħab soċjali.