Grupp ta’ madwar 100 persuna li ġejjin minn oqsma differenti tal-ħajja fosthom l-Eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici, saċerdoti, artisti, kittieba, trejdjunjonisti u għadd ta’ nies oħra ħarġu l-Manifest Soċjali għall-partiti politiċi. Hawn kien propost għadd ta’ miżuri li jinħtieġu dwar il-faqar, drittijiet, paċi, ambjent u inklużjoni. Qedgħin nippublikaw dan il-manifest sħiħ:
(1) IL-FAQAR
Gvern jaħdem għal aktar ugwaljanza soċjali billi jara li kulħadd ikollu dritt għal residenza diċenti b’kera li tkun aċċessibbli għal kulħadd bi prezzijiet raġjonevoli. Jaħdem ukoll biex it-taxxa tad-dħul issir tali li min jiflaħ l-aktar jikkontribwixxi aktar għall-ġid tas-soċjetà.
Issir reviżjoni tal-COLA b’mod li tirrifletti realment l-għoli tal- ħajja għal dawk bi dħul baxx.
Tiddaħħal sistema ta’ reference budgets fejn l-għoli tal-ħajja jiġi mkejjel f’rabta ma’ kemm persuna tonfoq għal ħtiġijiet essenzjali u partikulari tagħha, biex hekk jiġi assigurat li kulħadd ikollu ħajja diċenti.
(2) DRITTIJIET
Il-gvern jipproponi li fil-Kostituzzjoni ta’ Malta jidħlu:
(A) Id-dritt għal paga minima nazzjonali diċenti li tkun biżejjed għall-għixien.
(B) Id-dritt għal żieda regolari tal-għoli tal-ħajja għal kulħadd u ndaqs.
(3) PAĊI
Il-Gvern iħaddan politika ta’ newtralità attiva biex jintlaħqu “il-paċi, is-sigurtà u l-progress soċjali fost in-nazzjonijiet kollha” (Kostituzzjoni Kap 1.3). Għalhekk jopponi l-gwerer u l-azzjonijiet militari, u jikkundanna l-kriminalità tal-gwerra kullimkien, speċjalment fil-Mediterrran. Għandu jaħdem biex jiġu żarmata l-armamenti u l-bażijiet militari fil-Mediterran.
(4) GVERN MIFTUĦ
Il-Gvern għandu jxandar on line id-dokumentazzjoni kollha li hija meħtieġa biex il-poplu jkun jaf b’mod effettiv il-ħidma tal-Gvern.
(5) AMBJENT
L-inħawi fejn ma jistax isir żvilupp (ODZ) għandhom ikun ħielsa tassew mill-iżvilupp, billi jkun hemm moratorju fuq bini f’dawn iż-żoni.
Ikun hemm reviżjoni tal-awtoritajiet li jrregolaw l-ippjanar, u jsiru miżuri biex jimtela bini vojt u jitranġa bini li ġa jeżisti flok jitla ġdid. Il-politika ta’ bini għoli tiġi riveduta. Għandu jsir sforz biex jinħolqu spazji ħodor l-aktar f’żoni ta’ bini u popolazzjoni intensivi, għal serħan Fiżiku u mentali. Isostni l-bini ta’ ġonna fuq bjut u infrastrutturi ekoloġiċi fejn tiżdied il-biodiversita`.
Il-Gvern għandu jaħdem biex isaħħaħ setturi oħra tal-ekonomija ħalli tonqos id-dipendenza tax-xogħol u l-impjiegi fuq is-settur tal-kostruzzjoni.
(6) INKLUZJONI TA’ VERA
Il-gvern għandu:
- Iħaddan politika ta’ inkluzjoni effettiva.
- Jopponi l-interventi militari u l-gwerrer li qed joħolqu refuġjati u immigranti.
- Jieħu azzjoni kriminali kontra l-isfruttar tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-impjiegi irregolari.
- Jaħdem għal rabtiet politici u kummerċjali aktar ekwi u ġusti bejn l-Ewropa u t-Tielet Dinja.
Il-firmatarji huma: Martin Abela, Noel Agius, Tancred Agius, Damien Attard, Fr. Ivan Attard, Russell Attard. Thomas Attard, Michelle Attard Tonna, Claire Azzopardi , Kit Azzopardi, Joseph Bartolo, Claudio Bezzina, Kristina Borg, Jean Paul Borg, Tania Borg, Trevor Borg, Anne Francesca Bugeja, Gabriel Buttigieg, Maria Buttigieg, Stephen Cachia, Colin Calleja, Gilbert Calleja, Glen Calleja, Andre Callus, Andrew Camilleri, Jonathan Camilleri , Mark Camilleri, Vincent Camilleri, Alex Caruana, Vincent Caruana, Joanne Cassar, Mandy Cassar, Eric Castillo, Bernard Cauchi, Ruth Cauchi, Louise Chircop, Ashley Cumbo, David Cuschieri, Antonio Dato, Angele Deguara, Jesmond Deguara, Andreana Dibben, Rita Anne Ellul, Alastair Farrugia, Leona Farrugia, Vanessa Farrugia, Robert Louis Fenech, Karina Fiorini, Marthese Formosa , Raisa Galea, Sue Gatt, Joe Gravina, Michael Grech, Adrian Grima, Nathalie Grima, Sandra Hili Vassallo, Johanna MacRae, Fr Vince Magri, Mathias Mallia, Roger Mamo, Peter Mayo, Sammy Meilaq, Janice Mercieca, Alfred Micallef, Charles Miceli, Francois Mifsud, Noel Mifsud, Karmenu Mifsud Bonnici, Yana Mintoff, Fr Mark Montebello, Daniel Muscat, Walid Nabhan, David Pace, Marika Pisani, Omar Rababah , Karin Rotin, Jacqueline Rotin, Eugene Sapiano, Kevin Saliba, Rita Saliba, Rebecca Scerri, Andre Schembri, Erica Schembri, Malcolm Schembri, Emanuel Scicluna, Luke Scicluna, Fr Ang Seychell, Matthew Seychell, Karol Spiteri, Ronald Sultana, Stephen Tabone, Alex Vella Gera, Anthony Patrick Vella, Marco Vella, Mary Grace Vella, Fr Gwann Xerri, Gilbert Zahra, Robert Zahra, Andrea Zammit, Anna Zammit.