Corbyn irid itejjeb il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol

Il-mexxej laburista Ingliż Jeremy Corbyn ftit ilu xandar il-pjan tiegħu biex meta jkun fil-gvern jibdel il-liġijiet industrijali b’mod li jerġa jdaħħal id-drittijiet legali li kellhom il-ħaddiema u l-unions qabel ma tnaqqsu mill-gvernijiet kemm konservattivi kif ukoll mill-gvern ta’ Tony Blair. Fost kollox Corbyn qiegħed iwiegħed li jkun obligatorju li kull kumpanija li tħaddem il-fuq minn 250 ħaddiem tkun marbuta bil-liġi li trid tikkonoxxi il-unions u tkun marbuta legalment li trid tinnegozja l-kundizzjonijiet tax-xogħol kollettivament mal-unions. Il-kuntratti tax-xogħol iridu jigarantixxu is-siegħat ta’ xogħol, ir-rati tal-overtime, kif ukoll ir-rati tal-ħlas ta’ meta ħaddiem ikun “on call”.

 

Il-pjan laburista ta’ Corbyn iwiegħed ukoll li jwaqqaf il-privatizzazzjoni tas-servizz tas-saħħa (National Health Service); li jalloka 500 biljun lira sterlina għall-investiment, inkluz biex il-gvern jibni miljun dar għall-ħaddiema fi żmien ħames snin. Il-pjan jgħid ukoll li ir-rati tal-kera jiġu ikkontrollati mill-gvern.

 

Ovvjament il-unions qedin jappoġġjaw bis-sħiħ lil Corbyn f’dan il-pjan.