Zminijietna – Voice of the Left
P.O Box 35 Sliema. SLM1000
28th October 2020
Press Statement:
A new social pact should tackle precarious jobs and minimum wage.
The Left think-tank organisation Zminijietna said “that it agrees in principle with the proposals for a new social pact. But this should not be used to dismantle worker’s rights”.
Zminijietna added “that precariousness entered the labour market under the previous nationalist administration, as a tool to push forward the European right wing agenda for flexibility of the labour market.
On the other hand, the left and progressives forces in Europe campaigned for flexi-curity of the labour market”.
Zminijietna insists “that governments should not incentivize precarious job contracts. Increase in the statutory national minimum wage should be part of the new social pact, if we really want to raise the living and working conditions of workers. Workers should also be members of a union, on a mandatory basis, so as to fight precariousness”.
“Regarding COLA, Zminijietna – Voice of the Left strongly believes in the revision of COLA so that the Cost of living Adjustment (COLA) is revised every six months.
To have a more realistic mechanism, Zminijietna believes that the list of the products and services by means of which the increase is calculated should be revised, and the method applied should be adjusted to be in conformity with the increase in the cost of living”.
David Pisani
PRO
Zminijietna – Voice of the Left
Stqarrija Stampa:
Patt soċjali ġdid għandu jindirizza l-prekarjetá u l-paga minima.
L-organizzazzjoni Xellugija Zminijietna qalet “li taqbel fil-prinċipju mal-proposta għall-patt soċjali ġdid. Kompliet tgħid li dan m’għandux jintuża biex jiżżarmaw id-drittijiet tal-ħaddiema”.
Żminijietna żiedet tgħid “li l-prekarjat daħal f’Malta taħt amministrazzjoni nazzjonalista preċedenti, bħala għodda biex timbotta ‘l quddiem f’Malta l-aġenda Ewropeja tal-lemin, għal flessibilità fis-suq tax-xogħol.
Minn naħa l-oħra l-forzi progressivi u tax-xellug fl-Ewropa tkellmu favur flessibilità-b’sigurà fis-suq tax-xogħol” .
Żminijietna tinsisti “li l-gvernijiet m’għandhomx jinċentivaw kuntratti ta’ xogħol prekarji. Żieda fil-paga minima nazzjonali statutorja għandha tkun parti mill-patt soċjali l-ġdid, jekk verament irridu ngħollu l-livell tal-għajxien u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema.
Il-ħaddiema għandhom ikunu msieħba f’unjin, fuq bażi mandatorja, sabiex niġġieldu l-prekarjat “.
“Rigward il-COLA, Żminijietna – Leħen ix-Xellug temmen bis-sħiħ fir-reviżjoni tal-COLA billi l-aġġustament tal-ġħoli tal-ħajja (COLA) jiġi rivedut kull sitt xhur.
Għall-mekkaniżmu tal-COLA aktar realistiku, Żminijietna temmen li l-lista tal-prodotti u s-servizzi li permezz tagħha tiġi kkalkulata ż-żieda għandha tiġi riveduta, u l-metodu applikat għandu jiġi aġġustat sabiex ikun inkonformità maż-żieda fl-għoli tal-ħajja”.
David Pisani
PRO
Zminijietna – Leħen ix-Xellug