Żminijietna – Leħen ix-Xellug tilqa’ b’sodisfazzjon is-sentenza mogħtija mill-Qorti Maltija kontra l-konċessjoni tal-istat li poġġiet lil Vitals Global Healthcare, u wara Steward Healthcare, responsabbli mill-isptarijiet San Luqa, Karin Grech u Għawdex. “.
“Din hija rebħa kontra l-kummerċjalizzazzjoni tas-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa (NHS)”, stqarret Żminijietna – Leħen ix-Xellug.
Żminijietna qalet li “kumpaniji privati m’għandhomx jitħallew ikunu involuti fit-tmexxija tas-servizz Nazzjonali tas-Saħħa. L-Istat għandu jkun l-uniku responsabbli”.
Żminijieta ttenni l-pożizzjoni tagħha b’appell favur riforma li ssaħħaħ is-Sistema Nazzjonali tas-Servizz tas-Saħħa (NHS).
Żminijietna temmet tgħid li l-Partit Nazzjonalista taħt l-amministrazzjoni tiegħu wkoll ħa deċiżjoni politika favur l-għeluq ta’ numru ta’ ċentri tas-saħħa u kliniċi ta’ dentistrija f’diversi lokalitajiet madwar Malta. B’din id-deċiżjoni kien ibbenefika s-settur privat għad-detriment tal-pubbliku”.
David Pisani
PRO
Zminijietna – Leħen ix-Xellug