Stqarrija għall-Istampa: Żminijietna tħeġġeġ lill-Pubbliku joġġezzjona għall-iżvilupp propost ta’ ‘farmhouse’ f’Wied il-Għexierem.

L-organizzazzjoni Xellugija Zminijietna toġġezzjona bil-qawwa għall-proposta ta’ żvilupp (PA/03147/23) għall-bini ta’ farmhouse fuq sular wieħed f’Wied il-Għexierem, fir-Rabat.

“Il-Kunsill Lokali tar-Rabat wkoll qed jieħu pożizzjoni kontra dan l-iżvilupp propost”, żiedet tgħid Zminijietna – Leħen ix-Xellug.

Żminijietna qalet “li ż-żona kollha tal-wied hija klassifikata bħala spazju miftuħ ta’ valur għoli u z-zona hija wkoll mħarsa bil-liġi ambjentali minħabba l-importanza ekoloġika tal-post”.

Għalhekk, l-organizzazzjoni xellugija qed tappella lill-Awtorità tal-Ippjanar biex tirrifjuta tali applikazzjoni.

Żminijietna tistieden lill-pubbliku joġġezzjona għall-pjanijiet fuq is-sit tal-PA sal-15 ta’ Ġunju.

David Pisani

Uffiċjal Relazzjonijiet pubbliċi

Zminijietna – Leħen ix-Xellug.