25th March 2023
Press Statement: Zminijietna urges Maltese MEPs to support EU proposal for an international tax on the ultra-rich individuals.
The Left think-tank organisation Zminijietna said “that 130MEPs mainly from the green and left groups in the European Parliament are calling for a progressive tax on the ultra-rich”.
“They are demanding the OECD, the United Nations and the European Union to start work on this proposal”, stated Zminijietna – Voice of the Left
Zminijietna added that “the proposal is similar to the one on multinational companies, to fund the transition to a carbon free-world.
In this case, the income will be used by states to reduce inequalities, invest in green projects and social programs”.
Zminijetna ended by stating “that the Central Government debt experienced an increase of €886.4 million when compared to 2022. The income generated from this tax can be used in the future to offset national debt”.
David Pisani
PRO
Zminijietna – Voice of the Left
——————–
Stqarrija għall-Istampa: Żminijietna tħeġġeġ lill-MEPs Maltin biex jappoġġjaw il-proposta tal-UE għal taxxa internazzjonali fuq individwi ultra-sinjuri.
L-organizzazzjoni Xellugija Zminijietna qalet “li 130MEPs prinċipalment mill-grupp tal-ħodor u tax-xellug fil-Parlament Ewropew qed jitolbu għal taxxa progressiva fuq l-ultra sinjuri”.
“L-MEPs qed jitolbu lill-OECD, lill-Ġnus Magħquda u lill-Unjoni Ewropea biex jibdew jaħdmu fuq din il-proposta”, stqarret Żminijietna – Leħen ix-Xellug
Żminijietna żiedet tgħid li “il-proposta hija simili għal dik dwar il-kumpaniji multinazzjonali, biex tiġi ffinanzjata t-tranżizzjoni lejn ‘dinja bla karbonju’.
F’dan il-każ, id-dħul se jintuża mill-istati biex inaqqsu l-inugwaljanzi ekonomiċi, jinvestu fi proġetti ħodor u programmi soċjali”.
Żminijetna temmet tgħid “li d-dejn tal-Gvern Ċentrali esperjenza żieda ta’ €886.4 miljun meta mqabbel mal-2022. Dan id-dħul iġġenerat minn din it-taxxa jista’ jintuża fil-futur biex ipatti għad-dejn nazzjonali”.
David PisaniPRO
Zminijietna – Leħen ix-Xellug