Stqarrija għall-Istampa: Żminijietna tħeġġeġ għar-rikonoxximent ta’ Stat Palestinjan. 

25th May 2024
Press Statement: Zminijietna urges for recognition of a Palestinian State. 
The Leftist Organization Zminijietna said “that Malta should be ambitious and give recognition to a Palestinian State. Coming European elections, we insists on the prospective candidates for the European Parliament for a clear position on this issue”.
Zminijietna added that “out there across Europe a mass movement is growing in solidarity with the people of Gaza and for a sovereign Palestinian State. Several European countries have already recognised Palestine as a sovereign state”. 
“In fact, this week, three major European countries, namely Spain, Ireland and Norway gave their recognition to a Palestinian State. This will come into force on the 28 of May. Furthermore, the genocide in Gaza provides a lesson to us all about the urgency of a solution to the Palestinian issue in order to install peace, justice and stability in that region”.
David Pisani

PROZminijietna – Voice of the Left


L-Organizzazzjoni Xellugija Żminijietna qalet “li Malta għandha tkun ambizzjuża u tagħti rikonoxximent lil Stat Palestinjan. Ġejjin elezzjonijiet Ewropej, ninsistu mal-kandidati prospettivi għall-Parlament Ewropew għal pożizzjoni ċara dwar din il-kwistjoni”.
Żminijietna żiedet tgħid li “hemm barra madwar l-Ewropa qed jikber moviment tal-massa b’solidarjetà mal-poplu ta’ Gaża u favur Stat Palestinjan sovran. Diversi pajjiżi Ewropej diġà rrikonoxxew lill-Palestina bħala stat sovran”. 
“Fil-fatt, din il-ġimgħa, tliet pajjiżi Ewropej ewlenin, jiġifieri Spanja, l-Irlanda u n-Norveġja taw ir-rikonoxximent tagħhom lil Stat Palestinjan. Din se tidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Mejju. Barra minn hekk, il-ġenoċidju f’Gaża jagħtina lezzjoni lilna kollha dwar l-urġenza ta’ soluzzjoni għall-kwistjoni Palestinjana sabiex titkattar il-paċi, il-ġustizzja u l-istabbiltà f’dak ir-reġjun”.
David Pisani

Uffiċjal Relazzjonijiet PubbliċiZminijietna – Leħen ix-Xellug