Stqarrija għall-Istampa: Zminijietna tappella għal ‘policies’ li jtejbu l-kundizzjonijiet tal-għixien għall-ħaddiema foqra.

B’reazzjoni għaż-żieda fl-għoli tal-ħajja, l-organizzazzjoni Xellugija Żminijietna appellat lill-partiti politiċi biex jappoġġjaw żieda fid-dħul tal-paga minima; għal reviżjoni tal-COLA u għal qafas legali li jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ food couriers’ “.

Zminijietna żiedet tgħid “li żieda fil-paga minima twassal f’kundizzjonijiet ta’ għajxien aħjar għal ħaddiema bl-inqas dħul”.

Fir-rigward tal-għoli tal-ħajja, Zminijietna tappoġġja t-talba tal-unions għal reviżjoni tal-COLA kull sitt xhur, aktar milli fuq bażi annwali.

Barra minn hekk, Zminijietna tinsisti li ‘food couriers’ għandhom ikunu ntitolati għal kundizzjonijiet deċenti ta’ l-impjieg. Dan jista’ jiġi indirizzat biss billi jingħataw status legali li jikklassifikahom bħala impjegati.

Fir-rigward tal-użu tal-enerġija fid-djar, Zminijietna tappoġġja l-politika tal-Gvern li żżomm il-prezzijiet tal-enerġija affordabbli, u fost l-iktar baxxi fl-Unjoni Ewropea.

David PisaniPROZminijietna – Leħen ix-Xellug

Press Statement:Zminijietna calls for ‘policies’ that will improve living conditions for the working poor. 

 
In reaction to the rise in cost of living, the Left think-tank organisation Zminijietna appeals to political parties to support an increase in minimum wage income; for a revision of COLA and for a legal framework that improves the working conditions of ‘food couriers’.

Zminijietna added that an increase in minimum wage will result in better living conditions for workers with the lowest income.

With regards to the cost of living, Zminijietna backs unions’ request for a six-month COLA revision, rather than on an annual basis.

Furthermore, Zminijietna insists that ‘food couriers’ should be entitled for decent conditions of employment. This can only be addressed by giving them a legal status that classifies them as employees.

With regards to household energy use, Zminijietna supports Government’s policy to keep energy prices affordable, and amongst the lowest in the European Union.

David PisaniPROZminijietna – Voice of the Left