Stqarrija għall-Istampa: Żminijietna tappella għal moratorju tal-bini fuq l-estensjoni taż-żoni tal-iżvilupp tal-2006

16th March 2024
Press Statement: Zminijietna calls for a building moratorium on the extension of 2006 development zones

The Left think-tank organisation Zminijietna fully supports the initiative taken by Xemxija residents, the Local Council and several environmental, social and political organisations to campaign against the development proposal on a stretch of land in Xemxija. A large part of it is classified of ecological importance. 

Furthermore, Zminijietna calls for a building moratorium on the extension of 2006 development zones to protect areas of ecological, archaeological and agricultural importance.   
“Also, the development is within an area of archaeological importance, such as the cart ruts, currently surrounded by natural garigue. The Roman Baths in the area lie just under where this proposed development is, and the extensive works proposed, including excavating to make an underground car park will put this valuable site at major risk,” the leftist organisation stated.

Zminijietna – Voice of the Left also “urges the Government to protect the land for the common benefit of residents and ensure public access, preserving the cultural and natural heritage for generations to come, and preserving the open space there already is”.

Finally, one should point out that in the vicinity a massive development is already taking place at the ex-Mistra Village site, where 4 huge towers are proposed with over 700 apartments.

David Pisani
PRO
Zminijietna – Voice of the Left


Stqarrija għall-Istampa: Żminijietna tappella għal moratorju tal-bini fuq l-estensjoni taż-żoni tal-iżvilupp tal-2006

L-Organiazzjoni Xellugija Żminijietna tappoġġja bis-sħiħ l-inizjattiva meħuda mir-residenti tax-Xemxija, il-Kunsill Lokali u diversi għaqdiet ambjentali, soċjali u politiċi biex jniedu kampanja kontra l-proposta ta’ żvilupp fuq medda ta’ art fix-Xemxija li l-parti kbira minnha hija kklassifikata bħala ta’ importanza ekoloġika.

Barra minn hekk, Żminijietna tappella għal moratorju tal-bini fuq l-estensjoni taż-żoni ta’ żvilupp tal-2006 biex jiġu protetti żoni ta’ importanza ekoloġika, arkeoloġika u agrikola.

“Ukoll, l-iżvilupp jinsab f’żona ta’ importanza arkeoloġika, bħall-‘cart ruts’, mdawra b’garigue naturali. Il-Banjijiet Rumani fiż-żona jinsabu ftit taħt fejn jinsab dan l-iżvilupp propost, u x-xogħlijiet estensivi proposti, inkluż it-tħaffir biex isir parkeġġ taħt l-art se jpoġġi dan is-sit prezzjuż f’riskju kbir,” qalet l-organizzazzjoni tax-xellug.

Żminijietna – Leħen ix-Xellug ukoll “tħeġġeġ lill-Gvern biex iħares l-art għall-ġid komuni tar-residenti u jiżgura l-aċċess pubbliku, jippreserva l-wirt kulturali u naturali għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin, u jippreserva l-ispazju miftuħ li diġà hemm”.

“Fl-aħħarnett wieħed għandu jirrimarka li fil-viċinanzi qed isir żvilupp massiv fis-sit tal-ex-Mistra Village, fejn huma proposti 4 torrijiet enormi b’aktar minn 700 appartament”.

David Pisani
PRO
Zminijietna – Leħen ix-Xellug