Rapport dwar il-pagi 2016/17 maħruġ mill-ILO

Rapport maħruġ mill-International Labour Organisation (ILO) juri li ż-żiediet fill-pagi waqgħu madwar id-dinja wara l-kriżi ekonomika tal-2008. Fl-2010 bdiet tirkupra skond dan l-istħarriġ imma ġara biex fl-2012 reġgħet naqset mill-andament tat-tkabbir u għadu hekk bil-mod sal-lum.

It-tkabbir mad-dinja kollha kien ta’ 1.7% fl-2015, l-inqas livell ta’ żidiet fil-pagi f’ erba snin. Wara dawn il-figuri hemm differenzi kbar bejn il-pajjiżi. Fl-2015 iż-żidiet fl-ekonomiji tal-pajjiżi tal-G20 kien ta’ 2.5%, meta fl-2012 fl-istess pajjiżi żdiedu 6.6%. Tajjeb li jingħad hawnhekk illi fl-2015 attwalment l-ekonomiji żviluppati żiedu t-tkabbir fil-pagi imma dan ma kienx biżżejjed biex jagħmel tajjeb għal ekonomiji oħrajn illi għadhom qegħdin jiżvilluppaw allura dan naqqas r-riżultat globali.

In-nuqqas fit-tkabbir tal-pagi fil-kuntest tal-irkupru prekarju u anki dgħajjef madwar id-dinja, jista’ jkun fattur ta’ riskju importanti għal irkupru sostenibbli. L-ewwelnett fl-ekonomiji l-iktar żviluppati, d-deflazzjoni hija imminenti, u l-waqa’ fil-pagi twassal għal waqa’ fil-prezzijiet. It-tieni, jekk il-pagi jaqgħu f’ ħafna pajjiżi jew reġjuni flimkien din ikollha effett negattiv fuq it-tkabbir ekonomiku mondjali. Imma meta nitkellmu fuq il-paga medja, din ma tgħidx l-istorja ta’ kif qiegħed isir it-tqassim tal-qliegħ tal-flus bejn il-ħaddiema. Li huwa żgur hu l-fatt li mill-1980 id-differenza fil-pagi żdiedet f’ bosta pajjiżi madwar id-dinja.

F’dan ir-rapport kien mistoqsi hekk: l-inugwaljanza fil-pagi ġejja l-iktar mid-differenza fil-pagi medja bejn il-kumpaniji differenti separatament, jew ġejja l-iktar mill-inugwaljanza fil-pagi fl-istess kumpanija? Dan ir-rapport juri li filwaqt id-differenza fil-pagi bejn il-kumpaniji differenti tilgħab logħba importanti, l-inugwaljanza fil-pagi fi ħdan l-istess kumpaniji kien x’aktarx kien sottovalutat fil-passat.

Fil-każ tal-Ewropa, il-ħlasijiet tal-pagi differenti lil ħaddiema jaħdmu fl-istess kumpaniji rispettivi tagħhom jammonta għal madwar in-nofs tal-inugwalanzi fil-pagi. F’ kumpaniji fejn il-pagi medja huma baxxi, dawk il-ħaddiema li jkunu f’pożizzjonijiet għolja fil-kumpanija, instab li jitħallsu ħames darbiet aktar minn dawk li mhumiex. Imma f’ każ li l-kumpanija tħallas pagi medji għolja, l-ħaddiema li jokkupaw pożizzjonijiet għoljin, mhux ħames darbiet jew għaxar darbiet jieħdu iktar mill-ħaddiema li jinsabu fil-faxxa t-isfel, imma mija u għoxrin darba aktar!

Mhux kull min qiegħed f’pożizzjonijiet għolja fil-kumpanija jibbenefikaw l-istess, bejniethom huma in-nisa li ma jgawdux minn dawn il-pożizzjonijiet daqs l-irġiel. Terġa, n-nisa jaqilgħu biss in-nofs tal-irġiel li dan ifisser id-doppju tad-differenza bejn dak li taqlgħa l-popolazzjoni ġenerali.

X’jista’ jsir biex tnaqqas l-inugwalanzi fil-pagi skond l-ILO?

F’dan ir-rapport instab li jrid ikun hemm istituzzjonijiet dwar ix-xogħol ikunu iktar b’saħħithom, li jkun hemm iktar regolamenti interni tal-kumpaniji, u jkun hemm ambjent aħjar sabiex il-kumpanija tkun sostenibbli.

Tendenza impressjonanti li ħarġet f’ dan ir-rapport, matul dawn l-aħħar snin huwa l-fatt li ħafna pajjiżi addottaw jew saħħu miżuri politiċi fil-paga minima. Mill-provi riċenti jidher li tfassil tajjeb tal-paga minima; li jfisser paga minima f’ livell sinjifikanti li tkun tilqa’ għal bżonnijiet tal-ħaddiema u tal-familji tagħhom u kif ukoll tal-fatturi ekonomiċi jista’ jkollhom effetti pożittivi fit-tisħieħ ta’ dawk li jinsabu fil-livelli baxxi tad-distribuzzjoni tal-pagi. U dan finalment iwassal fit-titjib u fit-tnaqqis tal-inugwalanza tal-paga.