Proset President Coleiro Preca

philip-sciberras-2-245x132Verament ħaqqa l-akbar proset u appoġġ il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca għad-diskors li għamlet nhar Jum ir-Repubblika, it-13 ta’ Diċembru li għadda. Hija semmiet diversi problemi li l-poplu qiegħed jiltaqa’ magħhom u li hemm bżonn azzjoni konkreta dwarhom. Fost kollox saħqet dwar il-ħtieġa li il-paga minima tiżdied u ma ddumx, għax dawk fil-bżonn ma jifilħux jistennew aktar.

Id-diskors tagħha jikxef l-impenn soċjali tagħha u l-ġibda tagħha lejn il-ħidma favur id-drittijiet ta’ dawk l-aktar fil-bżonn. Attwalment dan l-impenn ta’ Coleiro Preca kien minn dejjem magħruf.  Ikun ta’ ħasra kbira jekk wara iż-żmien tagħha fl-aktar kariga għolja ta’ Malta hija ma tkomplix b’din il-ħidma fil-kampijiet  kollha kemm soċjali, kulturali u politiċi.