Press Statement: Zminijietna calls for Malta’s neutrality to be central in EU Foreign affairs.

31st March 2021


Press Statement: Zminijietna calls for Malta’s neutrality to be central in EU Foreign affairs.


On Freedom Day, The Left think-tank organisation Zminijietna expressed its concern that Malta is not adhering to its position as a neutral country in EU Foreign affairs.
Zminijietna said “that in the recent years, the Maltese Government has taken various positions in agreement with the European Union to impose EU sanctions on countries listed by the EU itself, such as Venezuela and Nicaragua. On the other hand, no sanctions were ever initiated against Israel”.  
Zminijietna added that “it is worth mentioning that EU foreign policy is one of ‘double standards’ and ‘hypocrisy’. Malta is participating in this political game”. 
“In addition, the pandemic has exposed the reality, that the Maltese Government can, if politically embraces the values of neutrality, to keep Malta free from harbouring of foreign military vessels”, concluded the leftist organisation Zminijietna. 
David PisaniPROZminijietna – Voice of the Left Mob: 7953 6914


Stqarrija Stampa: Zminijietna titlob sabiex in-newtralità ta’ Malta tkun ċentrali fil-Politika Barranija tal-UE.


F’Jum il-Ħelsien, l-organizzazzjoni Xellugija Zminijietna esprimiet it-tħassib tagħha li Malta mhix qed iżżomm mal-pożizzjoni tagħha bħala pajjiż newtrali fl-Affarijiet Barranin ta’ l-UE.
Zminijietna qalet “li fis-snin riċenti, il-Gvern Malti ħa pożizzjonijiet varji bi ftehim mal-Unjoni Ewropea biex jigu mponuti sanzjonijiet fuq pajjiżi elenkati mill-UE stess, bħall-Venezwela u n-Nikaragwa. Min-naħa l-oħra, l-UE qatt ma nbdiet ebda sanzjonijiet kontra l-Iżrael”.
Zminijietna żiedet tgħid li “ta’ min isemmi li l-politika barranija tal-UE hija waħda ta’ ‘kontradizzjonijiet’ u ‘ipokrezija’. Malta bis-sehem taghha qed tipparteċipa f’din il-logħba politika”.
“Barra minn hekk, il-pandemija kixfet ir-realtà, li l-Gvern Malti jista’, jekk politikament iħaddan il-valuri tan-newtralità, li jżomm lil Malta ħielsa minn zjajjar ta’ bastimenti militari barranin”, ikkonkludiet l-organizzazzjoni xellugija Żminijietna.
David Pisani Ufficjal Relazzjonijiet Pubblici Zminijietna – Leħen ix-Xellug