Minn Evarist Bartolo

Evarist Bartolo 

23/11/2023

Il-jum it-tajjeb.

Flimkien mal-maggoranza ta’ pajjizi ohra membri ghandna nkunu kontra li l-pajjizi tonqsilhom izjed is-sahha li jinfluwenzaw decizjonijiet fl-Unjoni Ewropea li jorbtu lil kull stat membru u jolqtu l-ghixien tal-poplu taghna.

Il-pajjizi l-kbar ma jridux li l-pajjizi z-zghar jibqa’ jkollhom sahha daqshom fid-decizjonijiet li jittiehdu.

Ghandna nkunu kontra li tiddghajjef is-sovranita` taghna f’xi tibdil tat-trattati fl-Unjoni Ewropea.

Ghandna nkunu kontra li nitilfu dak li ksibna bhala repubblika indipendenti u newtrali minghajr bazijiet barranin militari.

Ghandna nkunu kontra l-proposti li ghaddew il-bierah mill-Parlament Ewropew li bihom l-istati membri jitilfu izjed influwenza fl-Unjoni Ewropea u jiddeciedu ghalihom izjed il-pajjizi l-kbar fl-Unjoni Ewropea minn Brussel.

Il-proposti jnehhu l-unanimita` li hemm bzonn s’issa f’oqsma importanti biex minflok decizjonijiet jittiehdu b’maggoranza kwalifikata fejn il-pajjizi l-kbar ikollhom izjed piz milli diga’ ghandhom.

Pajjizi bhal taghna ghandhom x’jitilfu bit-tnehhija tal-unanimita` ghax ma tibqax Unjoni Ewropea ta’ stati ugwali.

Fil-Parlament Ewropew il-bierah 291 vvutaw favur, 274 ivvutaw kontra u 44 astjenew.

Qabel ittiehed il-vot, anki xi hadd bhal Donald Tusk, li se jkun il-Prim Ministru tal-Polonja u li serva bhala President tal-Kunsill Ewropew u zgur ma tistax takkuzah li huwa kontra l-Unjoni Ewropea, qal li l-membri tieghu fil-Parlament Ewropew se jivvutaw kontra l-proposti biex l-istati tonqsilhom is-sahha fid-decizjonijiet li jittiehdu.

Tusk qal: “L-Unjoni Ewropea ghandha bzonn issewwi hafna nuqqasijiet li ghandha.”

Wissa li jkun metodu stupidu hafna li dawn il-hsarat jissewwew b’xi Ewroentuzjazmu li kien wiehed mmir-ragunijiet li wassal ghal Brexit, biex ir-Renju Unit johrog mill-Unjoni Ewropea,

Meta dhalna fl-Unjoni Ewropea, il-vot kien favur, ghalkemm mhux b’hafna, bil-weghhda li l-Unjoni Ewropea tkun ghaqda tal-gvernijiet tal-pajjizi membri u mhux tkun ghaqda federali fejn jghibu l-istati membri u kollox isir ghaqda wahda.

Ghandna nahdmu ma’ pajjizi ohra li ma jridux tonqsilhom is-sahha li ghandhom.

Dawn il-bidliet li jiddghajfu l-istati membri jghaddu biss bil-vot tal-pajjizi kollha. Liema stati se jivvotaw biex jiddghajfu u jaghmlu suwicidju?

F’Unjoni Ewropea fejn nitilfu l-vot biex niddeciedu dwar affarijiet essenzjli ghall-poplu taghna, nergghu nsiru kolonja fit-tarf tal-Ewropa taht Sqallija bhal kif konna qabel ma l-Imperatur Karlu V ghaddiena lill-Ordni tal-Kavallieri fl-1530.

Irridu nmorru lura 500 sena?

Sahha u sliem.