“Il-Ħamis 23 ta’ Ġunju, 1988 u l-għada il-Ġimgħa l-ħaddiema tat-tarzna għal darbtejn irnexxielhom jimblukkaw il-Port il-Kbir, l-ewwel permezz ta’ vapur jismu Copper Mountain u l-għada permezz ta’ vapur ieħor jismu Olympic Rainbow. Dan l-imblokk seħħ biex twaqqaf il-vapur tal-gwerra Ingliż Ark Royal milli jidħol fil-port. Il-ħaddiema tat-tarzna dan għamluh bl-akbar fedelta lejn il-Kostituzzjoni ta’ Malta li torbotna li nkunu newtrali kif ukoll biex jipproteġu mill-periklu li joħloq bastiment nukleari fostna. Ir-rakkont li se nxandru huwa dak mill-ktieb “Biċċiet Minni” minn Sammy Meilaq, allura huwa rakkont awtentiku għal kollox. Aqraw kif ġie ippjanat l-imblokk, kif seħħ, kif ukoll kemm jista’ jirbaħ il-ħaddiem permezz tal-azzjoni diretta”.