L-agħar żmien…. u l-aqwa żmien – minn Dr. Alex Sciberras Trigona

Dan l-artiklu deher fuq il-ġurnal lokali it-Torċa tal-Ħadd 4 ta’ Marzu, 2018

Dr. Alex Sciberras Trigona

L-elezzjonijiet l-Italja jinteressawna mill-qrib għax ġirien. Irridu niftakru x’ħadet Malta mill-Lemin Estrem Taljan – l-agħar żmien! Żmien it-tieni gwerra dinjija meta Mussolini issieħeb ma’ Hitler. It-taljani ibbombardjaw Malta, qatlu eluf ta’ Maltin irġiel, nisa u tfal u kissru djar u bini pubbliku kullimkien. Dan mingħajr ebda rimors jew qatt ħadna xi kumpens. Ma jfissirx li l-lemin li għandu ċans tajjeb li jitla’ fil-Gvern  huwa identiku, l-istess, iżda noqogħdu għassa għax skond iz-zokk il-fergħa.

Itenn li “u bosta miżuri li qed isemmu huma tal-istess tip. U jekk jitlagħlhom għal rashom bil-voti min jaf fejn jieqfu? Mill-banda l-oħra hawn min qed jgħid li għandu mnejn ikun hemm astenzjoniżmu qawwi fil-votazzjoni minħabba li ħafna tilfu l-fiduċja fil-politiċi fl-Italja. L-ekonomoja issa biss li bdiet tirpilja mid-diżastru ekonomiku li ħallew tal-lemin fil-Gvern u mir-riċessjoni tal-2008. Allura min ilu qiegħed għal żmien twil u l-qgħad tela’ bil-qawwi sew – l-aktar fi Sqallija, dak biss li se jiftakar u x’aktarx jastjeni jew jivvota għal Lemin!

Għalhekk mhux qed jiġi rikonoxxut biżżejjed ix-xogħol siewi biex l-ekonomija tirpilja li għamel il-PD fil-Gvern kemm taħt Renzi u kemm taħt Gentiloni. Tkun kiefra jekk issa tal-lemin jerġgħu jitilgħu u jħassru dan ir-rekord ekonomiku – anzi għax jaffetwaw ħażin lilna.

Aħna niftakru ukoll l-aqwa żmien fir-relazzjonijiet ma’ l-Italja. Kien żmien tassew storiku meta innegozjajna t-Trattat ta’ Newtralità u bdejna bl-ewwel żewġ Protokolli Finanzjarji. Faċilment imbagħad setgħu ikomplu fuqhom gvernijiet Nazzjonalisti ta’ warajna meta estendewhom bi Protokolli Finanzjarji oħra. Imma ironika kif kellu ikun Gvern Laburista l-ewwel li ġabhom dawn mill-Italja għal Malta u mhux minn Nazzjonalisti li tant kienu magħqudin viċin, viċin, ma’ l-Italja, anki fl-agħar żminijiet. Mela min kien ‘on the wrong side of history’ dakinhar? U min kien ‘on the right side of history’ meta sewwejna ftit minn dan kollu bit-Trattat ta’ Newtralità?

Tenna li “aħna infittxu li jkollna ġirien li nistgħu nikkooperaw sew magħhom fl-interess tagħna lkoll fl-istituzzjonijiet Ewropej fejn ix-xogħol se jkompli jiżdied dwar Brexit, l-imigrazzjoni u il-baġit il-ġdid. L-istess jeħtieġ fil-Mediterran fejn ovvjament għaddilhom il-ħolm ta’ Mare Nostrum u għandna infittxu ko-operazzjoni sensibbli flimkien f’qafas iebes ta’ pika dejjem tiżdied fost il-pajjiżi l-kbar li kollha għandhom interessi differenti fil-Mediterran. Fuq kollox irridu naħdmu ħafna aktar flimkien biex jiġu evitati aktar konflitti u gwerer u biex issaltan il-Paċi!”