Il-front Maltin Inqumu qiegħed ixandar l-ittra miftuħa lil Prim Ministru Robert Abela li ntbagħtet nhar il-Ħamis 20 ta’ Lulju, 2023.
Dr Robert Abela,
Prim Ministru.
Qieghed nghaddilek stqarrija iffirmata minn numru ta´ persuni li nopponu id-decizjoni tieghek li ddahhal il-Malta f’hekk imsejjah Partnership for Peace tan-Nato li attwallment huwa shubija ghall-gwerrer u mhux ghall-paci, fostom il-gwerra tan-Nato li farrket il-Libja u b’hekk iddistabilizzat il-Mediterran Il-poplu Malti jixraqlu hafna ahjar.
Sammy Meilaq.
23, Xatt il-Palm,
Bahar ic-Caghaq.
NEWTRALITA’ U PAĊI
Aħna hawn taħt iffirmati nemmnu:
· li n-newtralità ta’ Malta hi l-aqwa mezz għall-ħarsien tal-paċi f’pajjiżna, fir-reġjun tagħna, u fid-dinja.
· li Malta m’għandha tissieħeb fl-ebda ftehim jew patt li jipperikola u jċaħħad lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna mit-tgawdija tal-paċi.
· li n-newtralità ta’ pajjiżna m’għandhiex tfisser li naħslu idejna mit-tbatija ta’ ħaddieħor.
· li n-newtralità tfisser li nuru solidarjetà mingħajr ma’ noħolqu aktar tbatija bl-użu ta’ vjolenza, bi gwerrer, u b’armamenti ta’ kull tip, inkluż dawk nukleari.
Hu għalhekk li aħna ma naqblux li Malta għandha tidħol fil-Partnership for Peace, liema ftehim ġie deskritt fl-1994 minn Bill Clinton, il-President tal-Istati Uniti ta’ dak iż-żmien, bħala triq li eventwalment twassal għal sħubija fin-NATO (‘track that will lead to membership for NATO’).
Jekk naraw l-istorja anke dik reċenti, flok tagħżel li tuża d-djalogu biex tgħin lill-umanità tikseb il-paċi, in-NATO tbierek il-gwerra, u taf biss tuża l-armamenti u l-forzi armati tal-membri tagħha meta hemm kwistjoni jew kunflitt. Tfittex it-tħarrix tal-gwerra, flok il-kisba tas-sliem.
Aħna rridu li l-Gvern Malti jirrispetta u josserva dak li nkiseb minn ommijietna u missirijietna meta dawn tħabtu biex:
· fl-1971 għalaqnal-bażi tan-NATO f’pajjizna.
· fl-1979 salpaw minn Malta l-aħħar membri tas-servizzi militari Brittaniċi.
· fl-1987 ir-rappreżentanti tal-Poplu Malti fil-Parlament ivvutaw bi ħġarhom biex il-Kostituzzjoni tkun emendata, u n-newtralità ta’ Malta tkun parti integrali mill-ogħla liġi tal-pajjiż.
· fl-1996 pajjiżna ħareġ mill-Partnership for Peace.
· fl-2003, meta sseħibna fl-Unjoni Ewropea, insistejna li n-newtralità ta’ pajjiżna tibqa’ tiġi rrispettata u mħarsa. Dan ġie aċċettat mill-Istati membri tal-Unjoni
Il-lealtà lejn dak li sar tul is-snin biex jintlaħaq l-għan li ngħixu fil-paċi, għandha dejjem tkun assigurata mill-mexxejja ta’ pajjiżna. U dan għandu jsir b’rispett lejn uliedna, u lejn uliedhom.
Dr Marie Louise Coleiro Preca President Emeritu
Dr Alfred Sant Membru Parlamentari Ewropew u eks Prim Ministru
Sammy Meilaq
Amy Marie Abela Attivist (movement Graffitti)
Gariel Apap Attivist (Moviment Graffitti)
Matthew Attard Attivist (Moviment Graffitti)
Tina Braxton Attivist (Moviment Graffitti)
Dr Colin Calleja Dekan Fakultà tal-Edukazzjoni
Andre Callus Attivist (Moviment Graffitti)
Raymond Camilleri eks-Tarznar.
Vincent Camilleri Attivist
Christine Cassar Attivist (Moviment Graffitti)
Victor Cassar Pensjonant
Bernard Cauchi Ghalliem u Attivist
John Paul Cauchi Attivist (Moviment Graffitti)
Jaqueline Chircop Ghalliem
Dr Louise Chircop Lettur
Rita Cortis Coleiro Ex-Beautician
Claria Cutajar Attivist (Moviment Graffitti)
Antonio Dato Eks-Tarznar
Edward Decelis Attivist Xellugi
Dr Angele Deguara Attivist (Moviment Graffitti).
Maresca Demanuele Attivist (Moviment Graffitti)
Aleks Farrugia Awtur
Mark Farrugia Attivist (Moviment Graffitti)
Wayne Flask Attivist
Josef Florian Micallef Attivist (Movimetn Graffitti)
Dr Joseph Gravina Lettur
Anthony Grech Attivist
Denise Grech Attivist (Moviment Graffitti)
Michael Grech Ghalliem
Rafel Grima Attivist (Moviment Graffitti)
Profs. Peter Mayo Lettur
Alfred Micallef Eks-Tarznar
Silvio MIcallef Attivist (Moviment Graffitti)
Dr. Yana Mintoff Attivist
David Pisani Attivist Xellugi
Dr George Saliba Diplomatiku
John Schembri Perit
Victor Vella Pensjonant
Dr Desmond Zammit Marmara