Ittra lill-Prim Ministru kontra li Malta tieћu sehem fil-gwerrer tal-Unjoni Ewropea – (l-aћћar inzjattiva li fiha involva ruћu Charles Miceli)

Ittra miftuћa lill-Prim Ministru, l-Onorevoli Joseph Muscat li ntbagћtet fid-9 ta’ Marzu 2018 u li sallum ma kien hemm l-ebda risposta gћaliha mill-Prim Ministru.

Gћażiż Prim Ministru,

Aћna hawn taћt iffirmati nsostnu illi l-gvern Malti mhux biss m’gћandux jieћu parti fil-ftehim ta’ integrazzjoni militari (PESCO), imma gћandu jaћdem biex din l-inizjattiva mill-UE tispiċċa u l-UE tibda tћaddan politika ta’ paċi mal-ġnus kollha u ta’ diżarm militari. Ir-raġunijiet gћal dan huma:

(1) L-Unjoni Ewropea mhix maqbuda f’taqtigћa militari mal-ebda blokk ieћor bћalma kien il-każ bejn in-Nato u l-Patt ta’ Varsavja fi żmien il-gwerra l-bierda. Gћalhekk m’hemm ebda bżonn ta’ armata Ewropea biex tiddefendi ’l-Unjoni Ewropea.

(2) L-esperjenzi reċenti fl-Iraq, il-Libja u s-Sirja juruna li l-politika ta’ interventi “umantiarji” hi giddieba u falluta. Hi biss skuża biex pajjiżi jew blokki setgħana jimponu r-rieda tagħhom fuq pajjiżi żgħar. Hi politika immorali, kif ukoll żerriegħa ewlenija tal-attakki terroristiċi u tal-ħolqien tar-rifuġjati.

(3) Il-PESCO tmur kontra l-għan ewlieni tal-fundaturi tal-UE, dak illi l-Ewropa ma terġax tgħaddi minn gwerrer, kemm interni kif ukoll ’il barra mill-Ewropa. Fi kliem Robert Schuman, l-Unjoni Ewropea għandha tkun għaqda li tfittex: ‘li ġġib tmiem għall-gwerrer u twassal għall-paċi dejjiema.’[1]

(4) Id-diżarm, il-kummerċ ekwu u l-għajnuna għal żvilupp li jkun ekoloġikament sostenibli huma l-aktar għodda effettiva għall-paċi. L-Unjoni Ewropea f’dawn għanda tinvesti. Kif qal reċentemnt il-Papa: “Ir-relazzjonijiet Internazzjonali m’għandhomx jintrabtu ma` saħħa militari, mal-ħsieb li jaqbillek tbeżża’ lil ħaddieħor, u mal-ħażna tal-armi…imma fuq l-etika tal-solidarjetà`’.[2]

(5) Il-PESCO mhix biss tmur direttament kontra il-Kostituzzjoni ta’ Malta li tobbliga lill-gvern Malti li jaħdem għall-paċi permezz tan-Newtralita` u li ma jiħux sehem f’Alleanzi Militari, iżda assolutament m’għandhiex il-mandatt tal-popli li jifformaw l-UE, u allura qed tiġi imponuta fuq dawn il-popli.

(6) Għal Malta il-PESCO tfisser ukoll spejjeż bla bżonn f’nefqiet militari, parteċipazzjoni f’attakki militari immorali, kif ukoll il-konsegwenza inevitabbli li demm żagħżagħ Maltin jinxtered b’kapriċċ.

[1] Robert Schuman, 1949

[2] Diskors waqt Simposju Internazzjonali dwar id-Diżarm, Vatikan, 10 ta’ Novembru, 2017

Lawrence Ancilleri,  Attivist

Maria Ancilleri,  Attivista

Andre Callus  Attivist

Raymond Camillier  Attivist

Vincent Camilleri Rapprezentant Distretwali PL

Bernard Cauchi  Attivist

Ruth Cauchi  Attivista

Antonio Dato   Attivist

Aleks Farrugia  Kittieb

Raisa Galea     Bijologa

Dr Joe Gravina  Akkademiku

Michael Grech,  Artikolist

Profs Peter Mayo  Akkademiku

Sammy Meilaq  eks Chairman Tarzna

Alfred Micaellf,  eks Vici-Chairman Tarzna,

Charles Miceli  attivist soċjali

Dr Francois Mifsud  Akkademiku

Dr Karmenu Mifsud Bonnici  eks Prim Ministru u Kap tal-Partit Laburista

Dr Yana Mintoff Bland,  Attivista

Dr Mark Montebello,  Saċerdot.

George Saliba,  eks Ambaxxatur

Dr Mary Grace Vella,  Lettur u Attivista

Fra Ġwann Xerri  Saċerdot