Fil-9 ta’ Marzu, 2018, numru ta’ ħassieba u attivisti politiċi kitbu ittra lill-Prim Ministru Joseph Muscat fejn argumentaw kemm huwa ħazin jekk Malta tissieħeb fl-armata li se twaqqaf l-Unjoni Ewropea, imsejjha PESCO. F’din l-ittra huma spjegaw diversi raġunijiet, u peress li dan is-suġġett għadu ma twarrabx għal kollox, il-Front Maltin Inqumu qiegħed jerġa jxandar din l-ittra inkluż dawk li iffirmawha.
Ittra miftuћa lill-Prim Ministru, l-Onorevoli Joseph Muscat
Gћażiż Prim Ministru,
Aћna hawn taћt iffirmati nsostnu illi l-gvern Malti mhux biss m’gћandux jieћu parti fil-ftehim ta’ integrazzjoni militari (PESCO), imma gћandu jaћdem biex din l-inizjattiva mill-UE tispiċċa u l-UE tibda tћaddan politika ta’ paċi mal-ġnus kollha u ta’ diżarm militari. Ir-raġunijiet gћal dan huma:
(1) L-Unjoni Ewropea mhix maqbuda f’taqtigћa militari mal-ebda blokk ieћor bћalma kien il-każ bejn in-Nato u l-Patt ta’ Varsavja fi żmien il-gwerra l-bierda. Gћalhekk m’hemm ebda bżonn ta’ armata Ewropea biex tiddefendi ’l-Unjoni Ewropea.
(2) L-esperjenzi reċenti fl-Iraq, il-Libja u s-Sirja juruna li l-politika ta’ interventi “umantiarji” hi giddieba u falluta. Hi biss skuża biex pajjiżi jew blokki setgħana jimponu r-rieda tagħhom fuq pajjiżi żgħar. Hi politika immorali, kif ukoll żerriegħa ewlenija tal-attakki terroristiċi u tal-ħolqien tar-rifuġjati.
(3) Il-PESCO tmur kontra l-għan ewlieni tal-fundaturi tal-UE, dak illi l-Ewropa ma terġax tgħaddi minn gwerrer, kemm interni kif ukoll ’il barra mill-Ewropa. Fi kliem Robert Schuman, l-Unjoni Ewropea għandha tkun għaqda li tfittex: ‘li ġġib tmiem għall-gwerrer u twassal għall-paċi dejjiema.’[1]
(4) Id-diżarm, il-kummerċ ekwu u l-għajnuna għal żvilupp li jkun ekoloġikament sostenibli huma l-aktar għodda effettiva għall-paċi. L-Unjoni Ewropea f’dawn għanda tinvesti. Kif qal reċentemnt il-Papa: “Ir-relazzjonijiet Internazzjonali m’għandhomx jintrabtu ma` saħħa militari, mal-ħsieb li jaqbillek tbeżża’ lil ħaddieħor, u mal-ħażna tal-armi…imma fuq l-etika tal-solidarjetà`’.[2]
(5) Il-PESCO mhix biss tmur direttament kontra il-Kostituzzjoni ta’ Malta li tobbliga lill-gvern Malti li jaħdem għall-paċi permezz tan-Newtralita` u li ma jiħux sehem f’Alleanzi Militari, iżda assolutament m’għandhiex il-mandatt tal-popli li jifformaw l-UE, u allura qed tiġi imponuta fuq dawn il-popli.
(6) Għal Malta il-PESCO tfisser ukoll spejjeż bla bżonn f’nefqiet militari, parteċipazzjoni f’attakki militari immorali, kif ukoll il-konsegwenza inevitabbli li demm żagħżagħ Maltin jinxtered b’kapriċċ.
[1] Robert Schuman, 1949
[2] Diskors waqt Simposju Internazzjonali dwar id-Diżarm, Vatikan, 10 ta’ Novembru, 2017
Lawrence Ancilleri, Attivist
Maria Ancilleri, Attivista
Andre Callus Attivist
Raymond Camillier Attivist
Vincent Camilleri Rapprezentant Distretwali PL
Bernard Cauchi Attivist
Ruth Cauchi Attivista
Antonio Dato Attivist
Aleks Farrugia Kittieb
Raisa Galea Bijologa
Dr Joe Gravina Akkademiku
Michael Grech, Artikolist
Profs Peter Mayo Akkademiku
Sammy Meilaq eks Chairman Tarzna
Alfred Micaellf, eks Vici-Chairman Tarzna,
Charles Miceli attivist soċjali
Dr Francois Mifsud Akkademiku
Dr Karmenu Mifsud Bonnici eks Prim Ministru u Kap tal-Partit Laburista
Dr Yana Mintoff Bland, Attivista
Dr Mark Montebello, Saċerdot.
George Saliba, eks Ambaxxatur
Dr Mary Grace Vella, Lettur u Attivista
Fra Ġwann Xerri Saċerdot