IN-NEWTRALITA TA MALTA TAHT L-ATTAKK.

MINN SAMMY MEILAQ

Nhar il-25 ta April 2023 il-Knisja organizzat konferenza fil-Kurja dwar in-newtralita u l-paci. Il-kelliema fil-konferenza kienu Prof Anna Khakee, Fr Carlo Calleja, Prof Edward Warrington, u Mr Ranier Fsadni. Il-gvern Malti kien ukoll parti minn din il-konferenza, permess ta Vanessa Frazier, l-Ambaxxatrici ta Malta ghall-United Nations. Normalment inizzjattiva bhal din hija wahda tajba, izda f’dan il-kas it-termini tal-konferenza kienu jinkludu “whether the neutrality clause needs to be reviewed or redefined”, xi haga li lilna tal-Front Maltin Inqumu hassbitna hazin hafna. Barra minn hekk il-Kurja ghazlet l-enciklika Pacem in Terris bhala bazi ta diskussjoni, li ghalkemm hija enciklika qaddisa ghax tippromovi l-paci bejn il-gnus, ma ghandiex konnessjoni man-newtralita. U dan meta hemm enciklika ohra, Ad Beatissimi Apostolorum, li barra li moralment hija mibnina fuq il-valuri tal-vangelu, storikament hija mibnija fuq in-newtralita.

Allura bhala FMI mill-ewwel hadna l-inizzjattiva. Applikajna biex nattendu u fil-fatt attendejna jien u Ivan Grech Mintoff. Kollega taghna, Michael Grech attenda ukoll. Barra minn hekk, sabiex il-verita tal-fatti titressaq fil-konferenza jien hrigt stqarrija pubblika f’isem il-FMI u baghtna kopja taghha lill-Kurja kif ukoll lill-kelliema. Kontra qalbna l-istqarrija kellna nohorguha bl-Ingliz ghax il-konferenza ma kienetx bil-Malti imma bl-Ingliz. STATEMENT BY THE ARISE MALTA FRONT (FRONT MALTIN INQUMU) FOUNDED BY FORMER PREMIERS DOM MINTOFF AND KARMENU MIFSUD BONNICI.

Sabiex l-isqarrija tasal ukoll ghand dawk kollha li kienu se jattendu, zewg attivisti tal-Front Maltin Inqumu, Antony Dato u Raymond Camilleri kienu prezenti quddiem il-Kurja minn qabel u qassmu kopja tal-istqarrija lil dawk kollha li kienu dehlin ghall-konferenza.

IL-KONTENUT TAL-ISTQARRIJA.

F’din l-istqarrija sostnejna illi:

(1) Skond il-Kostituzzjoni Malta diga ghanda d-dover li tahdem ghall-paci fost il-gnus kollha. Ghalhekk illum Malta ghanda tahdem biex id-delitt tal-“war of aggression” jinghata gharfien fil-ligi internazjonali kif ukoll biex l-International Criminal Court, li jittratta id-delitti tal-gwerra, jkun japplika ghad-dinja kollha. B’hekk kemm in-Nato kif ukoll ir-Russja jkunu suggetti ghall-ligi u ghall-qorti, ghax sallum it-tnejn li huma  ma jikkonoxxux la d-delitt tal-“war of aggression” u lanqas il-qorti internazzjonali. Ovvjament dawn iz-zewg potenzi militari ma jridux ikunu suggetti ghal ligi internazzjonali biex ikunu hielsa li jinvadu pajjizi ohra li jkunu izhar minnhom.  

(2) Il-komplicita ta Malta man-Nato u l-Al Qaeda biex tkissret il-Libja juri car kemm hija bluha li ma nimxux man-newtralita kostituzzjonali. Barra minn hekk il-qtil ta Gaddafi bl-iskuza ghax kien dittatur hija ipokrizija tal-Farizej, meta wiehed iqis illi mit-taxxi li qedin inhallsu qedin nissussiddjaw lil Afwerki, id-dittatur tal-Eritrea, li huwa wiehed mill-aghar dittaturi fid-dinja.   

(3) Jekk Malta tidhol f’xi patt militari allura ma nibqawx newtrali u nistu niddahhlu fi gwerrer u nistu anke nsiru mira ta attakki militari.

(4) Ir-regjun tal-Mediterran madwarna jinsab f’tenzjoni militari kontinwa u ma jidhirx li se jistabbilizza ruhu malajr. Malta newtrali tista tahdem ghall-paci bejn il-pajjizi tal-Mediterran, kif ukoll biex jinghata bidu ghal dizarm nukleari fil-Mediterran, imma jekk Malta tkun fuq xi naha militari dan ma tistax taghmlu.

(5) Id-dubji li jintefaw dwar in-newtralita huma immirati mhux biss biex Malta ma tibqax newtrali, imma biex Malta tmur fuq in-naha militari tan-Nato, jigifieri ta l-Istati Uniti u l-alleati taghha fl-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li dawk li jridu li Malta ma tibqax newtrali allura iridu li Malta tmur fuq in-naha militarista tan-Nato u tal-armata li trid tibni l-Unjoni Ewropea. Jekk Malta taghmel hekk tkun qed tappoggja in-naha miltari illi:

(a) l-aktar li wettqet “wars of aggression” u delitti ohra tal-gwerra matul l-istorja ricenti. L-istati Uniti hawn ghanda l-akbar record, li jmur lura ghall-genocidji tal-Indjani-Amerikani, genocidji imfahhrin minn Hitler tant li bena ufficjalment il-poltika nazista fuq dan il-mudell Amerikan. 

(b) l-aktar li wettqu kolpi ta stati biex kissru demokraziji u flokom stabbilixxew dittatorjati. 

(c) jattwaw politika ufficjali ta kidnappings, torturi u targeted assassinations.

(d) jippremjaw lil dawk minn fostom li l-aktar iwettqu delitti tal-gwerra tan-Nato, inkluz lil Tony Blair, u jittorturaw lil dawk li jikxfu id-delitti tal-gwerra tan-Nato, inkluz lil Julian Assange. 

L-AKBAR TRADIMENT

Finalment fl-istqarrija ahna sostnejna illi allura meta wiehed iqis dawn il-fatti kollha, jekk il-mexxejja politici Maltin iwarrbu n-newtralita u jdahhlu lil Malta f’xi komplicita man-Nato  

jew mal-armata Ewropea jkunu qedin iwettqu att ta High Treason, l-akbar tradiment kontra l-poplu Malti.

WAQT IL-KONFERENZA

Il-kelliema kollha iffokaw dwar il-htiega tal-mira tal-paci, izda minn naha tal-ambaxxatrici Frazier kien hemm kummenti li kemm jien kif ukoll Ivan Grech Mintoff ikkumbattejna. Spjegajna kif l-invazjoni Russa fl-Ukranja hija kundannabbli, imma anke l-instigazzjoni u l-eskalazzjoni minn naha tan-Nato hija wkoll kundannabbli. Argumentajna li l-gvern Malti 

diga qieghed fil-fatt jitlaq minn newtralita meta jhalli l-bastimenti militari tal-Istati Uniti jidhlu Malta. Opponejna ukoll bis-sahha kollha il-proposta tal-ambaxxatrici Frazier li Malta ghanda taccetta l-ftehim SOFA (Status Of Forces Agreement) tal-militar Amerikan. Dan huwa ftehim li jorbot legalment li hadd ma jkun jista jiehu azzjoni legali kontra l-militar Amerikan talli jkun wettaq delitti tal-gwerra. Allura dan huwa ftehim li jheggeg ghal aktar kriminalita tal-gwerra, mhux biex igib il-paci.

ANALIZI TAS-SITWAZZJONI

Din il-konferenza ma kienetx organizzata accidentalment, imma ghax fiz-zewg partiti ewlenin, fil-Partit Laburista u fil-Partit Nazzjonalista hemm min irid izomm Malta newtrali imma hemm ukoll min irid li Malta twarrab in-newtralita u tmur fuq in-naha tal-militarizmu faxxista tal-Istati Uniti u l-alleati taghha fl-Unjoni Ewropea.  Hemm min irid li Malta, flok tiddomanda bi dritt li l-Mediterran jinheles mill-militarizmu tan-Nato u tar-Russja, Malta tippremja lill-militar Amerikan talli kisser il-Libja permess tal-carpet bombing, li huwa delitt tal-gwerra, u holoq aktar instabilita madwarna fil-Meditarran. 

Il-forzi socjalisti ta vera ghandom ikunu ghall-lest biex ma jhallux li dan it-tradiment isehh.

SAMMY MEILAQ

11 TA MEJJU 2023.