Imnedija għajnuna online għal ħaddiema fil-qasam tal-Kostruzzjoni

L-għaqdiet tal-ħaddiema madwar l-Ewropa, permezz tal-Federazzjoni Ewropea dwar il-bini u ħaddiema fl-injam (EFBWW) tagħhom irnexxielhom iwettqu għajnuna online sabiex ikollhom informazzjoni immedjata.

Dan is-sit huwa mxandar bit-28 lingwa u joffri kuntatti ma’ Unions u dipartimenti u uffiċini governattivi bħal-korporazzjoni ghal-impjiegi u taħriġ u r-relazzjonijiet industrijali. Permezz ta’ menu “join a union” (issieħeb f’union), wieħed jista’ faċilment jifhem verament x’tista’ tagħmel union għalih u kif jista’ jibbenefika mis-sħubija.

Din l-inzjattiva hija importanti għall-informazzjoni tal-ħaddiema tal-kostruzzjoni, inzjattiva fuq livell Ewropew sabiex jonqos l-isfruttament tal-ħaddiema imigranti u ċittadini Ewropej. B’hekk qiegħed isir biex il-ħidma favur id-drittijiet tal-ħaddiema jkunu iktar rispettati u biex tinspira lil leġislatur sabiex jieħu azzjoni kontra qerq fil-prattiċi ta’ xogħol.