Immigrazzjoni, ipokrezija u paroli – minn Micheal Grech

Il-ћaddiema sfortunatament, dawk imwielda fil-post u oћrajn ġejjin minn barra, jispiċċaw jaraw theddida lil xulxin.
“Il-ћaddiema sfortunatament, dawk imwielda fil-post u oћrajn ġejjin minn barra, jispiċċaw jaraw theddida lil xulxin”.

Xi ћaġa li ssib f’bosta soċjetajiet kapitalisti hu ћażna ta’ ћaddiema li jew ma jaћdmux jew inkella jaћdmu imma ma jdaћћlux biżżejjed gћal qliegћ deċenti. Dawn gћandhom funzjoni gћal min qed jaqlaha tajjeb; dik li jżommu l-pagi tal-ћaddiema baxxi u l-kundizzjonjiet ћżiena. Minkejja l-paroli kollu dwar integrazzjoni, dwar li nilqgћu l-bqija, din jidhirli hu mod ewlieni (mhux l-uniku) kif bosta pajjiżi Ewropej u l-Unjoni Ewropea iћarsu lejn l-Afrika u l-Lvant Nofsani u lejn ċ-ċittadini ta’ dawn ir-reġjuni, l-aktar dawk li jirnexxielhom jaћarbu minn dawn u jiġu l-Ewropa. Dawk li jaslu fuq il-kontinent tagћna spiss jispiċċaw imћallsa ћażin u sfruttati; ћaġa li mhux biss tolqot ћażin lilhom (l-aktar) imma taffettwa b’mod negattiv lil ћaddiema tal-lokal li jkollhom jiffaċċjaw kompetizzjoni negattiva, fis-sens li jkollhom jikkompetu gћal min lest jaћdem bl-anqas prezz. Min qiegћed japprofitta minn dan ovvjament gћandu xalata. Il-ћaddiema sfortunatament, dawk imwielda fil-post u oћrajn ġejjin minn barra, jispiċċaw jaraw theddida lil xulxin. L-Unjoni Ewropea imma, tidher kuntenta b’dan kollu. Id-diskors uffiċjali imma, spiss ikun mod ieћor, mimli retorika sabieћa.

Summits farsa

Nerġgћu nieћdu l-immigrazzjoni. Din spiss tkun it-tema ta’ summits, laqgћat u dikjrazzjonijiet ta’ bosta uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u ta’ bosta mexxejja minn din l-gћaqda. Meta jiġu gћal konkret, is-suġġetti li dejjem idawru id-diskussjoni huma erbgћa: it-traffikanti, il-burden sharing (kunċett imperjalist u razzist li jfakkar dak ta’ white man’s burden li fuqu kienu mibnija l-imperi Ewropej tas-seklu dsatax), min jista’ jibni fruntiera u min le u kif ser ngћinu lil min ser jgћereq, mingћajar ma nistaqsu id-domanda fundamentali; gћalfejn dan il-proxxmu qed jaqbad din id-dagћjsa u x’ser nagћmlu biex ma jkollux (jew ikollu anqas) gћalfejn jaqbadha. Li ma gћandhomx jaћarbu imma, donnha m’hiex parti mill-istrateġija tal-Unjoni Ewropea. Inkella jkun hemm biss dak li l-Ingliżi jsejћu lip-service. L-aћћar eżempju ta’ dan kollu deher fiż-żjara li kellha Malta il-Kummisarju f’Novembru ta’ din is-sena.

Issa bosta mill-kaġunijiet li gћalihom nies qed jaћarbu minn pajjiżhom, kemm jekk huma immigrant ekonomiċi (gћax ma jistgћux jgћixu deċentement f’arthom)  u kemm jekk huma immigranti politiċi (qed jaћarbu minћabba gwerrer jew persekuzzjoni), huma marbuta ma’ politiċi tal-passat u t’issa ta` bosta nazzjonijiet Ewropej, anke ta’ bosta li huma membri fl-Unjoni Ewropea. (Mhux ta’ dawn biss ovvjament. L-Istati Uniti u ċ-Ċina wkoll gћandhom sehem ewlieni f’dak li hu gћaddej.) L-isfruttament tal-ġid ta’ bosta’ postijiet fit-Tielet dinja minn kumpaniji Ewropej, l-appoġġ minn xi pajjiżi Ewropej lejn gvernijiet li jgћidu biss signor si u l-indћil f’oћrajn gћal raġunijiet li żgur mhumiex l-interss tan-nies tal-post, u l-bejgћ tal-armi huma wћud mir-raġunijiet li gћalihom dawn il-pajjiżi li xi darba konna nseћulhom qed jiżviluppaw baqgћu ma żviluppaw qatt jew huma mifnija minn gwerrer, u li allura qed jinћolqu ċirkustanzi li minћabba fihom nies qed jiġu sfurzati jћallu arthom.

 

 

Suġġerimenti umli

Waqt li ovvajmnet irid ikun hemm politiki serji dwar integrazzjoni, salvataġġ, tqassim ta’ responsabiltajiet u l-bqija, il-prijorita` ewlenija tal-Unjoni Ewropea (u mhux biss) rigward l-immigrazzjoni hi li tara li wieћed ma jkollux gћalfejn jagћmel dak il-vjaġġ. Kif ġa gћidt imma, waqt li UE tgћid ћafna kliem sabieћ fuq tal-ewwel, ma’ tantx jimpurtaha minn tat-tieni. (Li jiddispjaċik hawnhekk li ћafna gћaqdiet u individwi qalbhom perżuta gћall-immigranti, donnu ma jarawx dan. Il-fondi jagћmxu l-gћajnejn u jagћlqu l-ћluq?)

            Jekk l-UE trid tiġi meћuda bis-serjeta` fuq din il-kwestjoni, tista` tibda billi tagћmel affarijiet sempliċi imma sinifikattivi. Fi ktieb li ippiblikajt sena ilu, Jottings and Reflections, kont issuġġerejt miżuri konkreti bћal:

  • Embargo fuq il-bejgћ tal-armi minn kumpaniji Ewropej. Il-gwerrer li minnhom qed jaћarbu bosta, m’humiex miġġield b’armi li jibdnu huma stess. Wћud mill-armi li jużaw jiġu mill-Ewropa.

 

  • Miżuri biex kumpaniji Ewropej li qed jisfruttaw it-tielet dinja, jeqirdu l-ambjent u l-mod ta’ kif jgћixu bosta’ komunitjajiet u jkissru l-ekonomija ta’ dawn, jiġu penaliżatti.

 

  • Politiki li jiżguraw li negozjar ekonomiku u politiku bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tagћha ikun ekwu u ġust.

 

U dan ikun biss il-bidu. Il-bqija ser nibqgћu bi kliem sabiћ u ipokrita li ma jfisser xejn u jwassal biss gћal frustrazzjoni u rabja. Imbagћad niskantaw li jmur tajjeb Farage u l-Lemin estrem.