Il-Qorti Kriminali Internazzjonali sfiduċjat

internationalcriminalcourtcomic_thumbIl-Qorti Kriminali Internazzjonali (International Criminal Court) kien ġie mwaqqaf bi trattat internazzjonali biex jieħu passi kontra l-kriminali tal-gwerra. Dan il-qorti kien beda’ l-ħidma tiegħu fl-2002, jopera mill-Hague ġewwa l-Olanda, u jimxi fuq it-tifsira tal-kriminalita tal-gwerra skond kif spjegata fil-Konvenzjoni ta’ Ginevra.

Iżda l-mod kif mexa’ dan il-qorti matul l-erbatax-il sena li ilu jaħdem qajjem ħafna protesti, kemm minn attivisti kontra l-gwerrer, kif ukoll mill-pajjiżi tal-Afrika b’mod partikolari. Tant hu hekk illi dan l-aħħar tlett pajjiżi mill-Afrika iddeċidew li joħorġu barra mit-trattat li jorbothom li jikkonoxxu lil dan il-qorti u li jimxu mad-deċiżjonijiet tiegħu. Dawn il-pajjiżi Afrikani huma l-Afrika t’Isfel, il-Burundi u il-Gambja. Jidher illi jista’ jkun hemm pajjiżi oħra Afrikani li jagħmlu l-istess u jitilqu.

Il-kaġun ta’ dan kollu huwa għax fl-erbatax-il sena li ilu għaddej dan il-qorti, b’kollox investiga u ipproċessa għaxar każijiet ta’ kriminalita tal-gwerra, li disgħa minnhom huma kollha każijiet Afrikani u każ wieħed minn Ġorġja. Mill-banda l-oħra l-kriminali tal-gwerra Amerikani u Ewropej qatt ma jiġu investigati. Fil-protesti tagħhom il-pajjiżi tal-Afrika semmew l-aktar lil Tony Blair li bla dubju kellu jiġi mixli bil-kriminalita tal-gwerra iżda l-qorti ma ħa l-ebda passi kontrih. Allura huma issa qedin jaraw li dan il-qorti, li suppost kellu l-għan nobbli li jrażżan il-kriminalita tal-gwerra, minflok irażżan qiegħed jgħin din il-kriminalita, għax il-pajjiżi tal-punent għandhom l-immunita u allura qedin jabbużaw aktar.