MINN SAMMY MEILAQ
PRESIDENT – FRONT MALTIN INQUMU
Skond ma ġie mħabbar il-Parlament se jġedded il-ftehim ta’ partnership man-Nato, ftehim li taparsi huwa favur il-paċi.
Kemm din hija gidba sfaċċata jidher ċar mill-gwerrer kollha li n-Nato, taħt il-kmand tal-Istati Uniti, ħolqot kemm ilha teżisti, gwerrer li kollha bdiethom biex taħtaf u tiddomina pajjiżi oħra. (Korea, Vietnam, Cambodia, Lebanon, Grenada, Iraq, Somalia, Bosnia, Kosovo, u Libja). Barra minn hekk l-Istati Uniti, l-akbar forza tan-Nato, kissret diversi demokraziji permezz ta’ kolpi ta’ stat u flokhom waqqfet dittatorjati. (Iran, Indonesia, Argentina, Chile, Grecja, u Honduras). Waqt dan kollu in-Nato, barra li allura hija ħatja tad-delitt suprem tal-“war of aggression”, hija ħatja wkoll ta’ ħafna delitti oħra tal-gwerra. Din l-attivita` militari tal-Istati Uniti u n-Nato qatlet miljuni ta’ nies innoċenti u ħolqot miljuni ta’ refuġjati jaħarbu mill-gwerrer tagħha. Min jgħid li n-Nato iġġib il-paċi jew huwa żmagat, jew giddieb, jew ma jafx x’inhu jiġri, jew għandu interessi oħra.
Min jgħid li n-Nato iġġib il-paċi jew huwa żmagat, jew giddieb, jew ma jafx x’inhu jiġri, jew għandu interessi oħra.
Mingħajr l-iċken dubju in-Nato, taħt it-tmexxija tal-Istati Uniti, hija l-akbar terrorista statali fid-dinja. Kieku l-parlament tagħna ried verament jagħmel partnership għall-paċi kieku kien jagħmlu mal-Vatikan, li qiegħed jagħmel minn kollox biex tieqaf il-gwerra fl-Ukranja, mhux man-Nato li instigat il-gwerra u eskalata kemm felħet. Dan ma jfissirx li ir-Russja kella xi dritt tinvadi l-Ukranja, u din l-invażjoni ukoll hija war of aggression u għanda tiġi ikkundannata.
Issa apparti mill-fatt li l-parlament qiegħed jieħu pass immorali u huwa kontra l-Kostituzzjoni, dan il-partnership man-Nato huwa kontra l-interessi ta’ Malta għax huwa perikoluż għas-sigurta` ta’ Malta.
Issa apparti mill-fatt li l-parlament qiegħed jieħu pass immorali u huwa kontra l-Kostituzzjoni, dan il-partnership man-Nato huwa kontra l-interessi ta’ Malta għax huwa perikoluż għas-sigurta` ta’ Malta. L-aktar eżempju ċar huwa li n-Nato farrket il-Libja biex iżżid id-dominanza tas-suq taż-żejt u biex tkompli twaqqaf aktar bażijiet militari. Il-premjijiet li ingħatat Malta min-Nato permezz tat-tkissir tal-Libja kienu li tlifna suq kbir ta kummerċ, l-immigrazzjoni irregolari mill-Libja issa bla kontroll, u s-sigurta` militari fir-reġjun tal-Mediterran ħżienet drastikament.
Il-Perit Mintoff irnexxielu permezz tan-newtralita` jeħles lill-poplu Malti minn storja ta’ aktar minn 2000 sena suġġetti għall-gwerrer imdaħħlin fihom minn potenzi barranin. Hekk, u hekk biss Malta tkun vera ħielsa u sovrana. Il-parlament tagħna illum, waqt li taparsi jqim Jum il-Ħelsien, qiegħed jiġbed fid-direzzjoni ta’ aktar militariżmu fid-dinja.
SAMMY MEILAQ
PRESIDENT- FRONT MALTIN INQUMU.