Il-kunflitt bejn ir-Russja u l-Ukrajna kif se jispiċċa?……”ngħid li se tirbħu l-Istati Uniti” (3) – l-ewwel parti

…L-Istati Uniti se tilgħab għal biex l-ebda naħa ma toħroġ rebbieħa  kompletament

     – l-eks trejdunjonista Sammy Melilaq

Din l-intervista hija it-tielet parti minn sensiela li dehret il-Ħadd, 26 ta’ Novembru, 2023 fil-ġurnal it-Torċa.

Minn Victor Vella

Ninsabu proprju tlett xhur bogħod minn meta l-kunflitt bejn ir-Russja u l-Ukrajna jagħlaq sentejn. Kienu xhur li fihom rajna attakki qawwija  minn naħa u minn oħra. Rajna żoni fi bliet jinqerdu kompletament. Rajna ukoll il-ħarba ta’ miljuni ta’ persuni Ukreni minn pajjiżhom.  Kienu xhur ukoll li fihom rajna l-pajjiżi Ewropej jagħtu armamenti lill-Ukrajna biex tiġġieled lit-truppi Russi. Għall-ewwel darba ukoll rajna lil Unjoni Ewropea tieħu pożizzjoni ma naħa u tgħinha bl-armamenti u b’għajnuna finanzjarja. Quddiem dan tkellimna mal-eks trejdunjonista Sammy Meilaq li b’mod ċar jgħid li minn dan il-kunflitt kollu hi l-Istati Uniti li se toħroġ rebbieħa għax se tara li ħadd ma jispiċċa rebbieħ u b’hekk se żzomm l-Ewropa tiddependi fuqha militarment. Tirbaħ ukoll għax iżżomm l-Ewropa dipendenti fuqha ekonomikament waqt li żżomm l-Ukrajna maħkuma mija fil-mija.

Sammy Meilaq jgħidilna li “jien nikkundanna tlett affarijiet.  Nikkundanna l-instigazzjoni, l-invażjoni u l-eskalazzjoni. It-tlieta ħżiena. Li kien hemm instigazzjoni hu fatt. In-NATO, meta waqgħet l-Unjoni Sovjetika bdiet tavvanza lejn ir-Russja.  Kien hemm l-instigazzjoni metą kien hemm il-kolp ta’ stat fl-Ukrajna. Ir-reġjuni Russi bdew jiġu vittimizzati, u neħħewlhom il-lingwa Russa. Sar it-Trattat ta’ Minsk u kulħadd kien qed jaqbel miegħu u dan kien jgħid li l-Ukrajna tibqa’ sħiħa imma d-Donbass ikollhom l-awtonomija. Zelensky kien tela’ fuq il-programm li se jimplimenta il-ftehim.  Meta tela’ imma flok għamel hekk għamel il-kontra. It-trattat warrbu u baqa’ jopressa.Irrid ngħid ukoll li l-Ukrajna hi l-unika pajjiż fid-dinja li għandha grupp militari li hu faxxist.

                Ir-Russja għamlet it-tieni żball li invadiet. Ara kieku għenet lid-Donbass militarment kien ikollha dritt.

        It-tielet zball kien li l-gwerra giest eskalata min-naha tal-Amerika u l-alleati taghha. Kienu waslu biex jagħmlu ftehim li l-Ukrajna tkun newtrali imma dan l-Amerikani ma ħallewhx. U l-gwerra ġiet eskalata.

        L-uniku kap ta’ stat fl-Ewropa li jitkellem b’mod onest fuq dan il-kunflitt  hu l-Papa Franġisku. Ikkundanna l-aggressjoni u l-eskalazzjoni. It-tnejn ħżiena. Qatt ma ħa naħa.  Aħna bħala pajjiż ma ppruvajniex nimmedjaw. Kellek it-Turkija, il-Vatikan u l-Ungerija, li ppruvaw jimmedjaw. Ma tistax ma tistaqsix imma kif mexxejja li jhaddnu politika Leminija bħala Erdogan u Orban tal-Ungerija qed  jippruvaw iġibu l-paċi. Fejn huma l-mexxejja Soċjalisti u l-Partiti Soċjalisti li tant huma magħrufa li kienu jaħmu għal paċi? Mhux bilfors il-ħaddiem iwarrab lix-xellug meta jara dan jiġri quddiem għajnejh?”

Nistaqsuh kif jaħseb li se jispiċċa l-kunflitt u jiddikjara mill-ewwel li “kieku kelli nilgħab lira, il-jackpot ngħid li se tirbħu l-Istati Uniti.  L-Istati Uniti se taħdem biex is-sitwazzjoni tibqa’ ‘draw’. U bi ‘draw’ l-Amerika tirbaħ għax se żzomm l-Ewropa tiddependi fuqha militarment. Tirbaħ għax iżżomm l-Ewropa dipendenti fuqha ekonomikament għax iżżomm l-Ukrajna maħkuma mija fil-mija. L-Ukrajna se tispiċċa 20 fil-mija tagħha f’idejn ir-Russi u t-80 fil-mija tkun l-Ukrajna mahkuna minn dejn kbir mal-Amerika u l-Ġermanja. 

        L-hekk imsejha ghajnuna f’armamenti li qed tircievi l-Ukrajna mhux b’xejn, imma trid thallas lura bl-imghax b’kollox. Mintoff kien jgħid sewwa li l-Ewropa ma tistax tikber jekk tibqa’ seftura ta’ l-Amerika.”

Il-qawmien tal-Palestinjani mill-ghetto ta’ Gaża jagħmel

ġieħ lil huthom il-Lhud li irwellaw fil-ghetto ta’ Varsavja.

Fejn jirrigwarda l-kunflitt fil-Lvant nofsani li będa proprju bil-bidu ta’ Ottubru, Sammy Meilaq jgħidilna li “l-qawmien  tal-Palestinjani mill-ghetto ta’ Gaza jagħmel ġieħ kbir lil ħuthom Lhud li qamu fil-ghetto ta’ Varsavju fil-Polonja fl-1943. Dakinhar il-Lhud kienu qamu kontra għadu (in-Nażisti) li kien qed iżeblahom u joqtolhom bil-mod il-mod. Il-Lhud fil-ghetto ta’ Varsavja kien qalu li billi qegħdin kwieti xorta qegħdin jeqirduna bil-mod il-mod. Qalu ejja ħa nqumu, u għamlu qawmien, avolja suwicidali.  Kienu jafu li mal-forza Nażista m’għandhmx cans. Iddeċidew imma li xorta jqumu allavolja kien jafu li din id-deċiżjoni hi militrament ma taghmilx sens. 

        U l-istorja tathom raġun. Fli qed naraw f’Gaza llum, naraw ħafna xebh mal-qawmien tal-Lhud fil-ghetto ta’ Varsavja.  Mhux korrett li tghid li Hamas huma terroristi u tieqaf hemm. Vera li juzaw metodi terroristi. Imma r-rezistenza taghhom hi imponuta fuqhom mit-terrorizmu statli tal-gvern ta’ Netanyahu. Il-Palestinjani qegħdin ġo ghetto.  Kif jiddeciedi pajjiż bħal Iżrael li jagħlaq ilma u gass, u elettriku?

        Il-gvern Izraeljan ilu snin twal jitterrorizza lill-Palestinjani. Bizzejjed infakkar li ghoxrin sena ilu, fl-2003, kienu strajkaw 27 pilota tal-qawwa tal-Ajru Izraeljana. F’ittra miftuha iddikrajaw li mhux ser jibqghu jobdu l-ordinjiet tal-gvern Izraeljan ghax dan kien qieghed jibghathom jibbumbardaw lill-Palestinjani fi djarhom, jeqirdu blokkok shah ta’ bini residenzjali bir-residenti Palestinjani fih li jispiccaw jinqatlu, inkluz nisa, tfal u anzjani. Il-piloti stess ikkundannaw lill-gvern Izraeljan u akkuzawh li qed jimxi b’mod illegali u immorali. Din hi wahda mill-provi cari ta’ kemm Izrael jitterorizza lill-Palestinaji. 

        Hemm ammonti kbar ta’ Lhud fl-Izrael u anke barra minn Iżrael li huma kontra Netanyahu. Netanyahu li qed jagħmel hu li qed ikabbar l-anti semitiżmu. Mhux veru li l-Lhud huma kontra x-xellug politiku. Prova ta’ dan hu l-fatt li minn fost il-Lhud ħarġu ħafna soċjalisti u komunisti ferventi. Nistghu nibdew b’Karl Marx. Ohrajn taw ħajjithom għal kawża li emmnu fiha fosthom Rosa Luxembourg, Trotsky u Emma Goldman. Minn fost l-akkademici bizzejjed insemmi lil Albert Einstein, Eric Hobsbawm u Noah Chomsky bhala Socjalisti prominenti. Ħadmu għar-rivoluzzjoni socjalista. Lil Mandela, is-Socjalisti Lhudkienu fost l-aktar li appoġġjawh. M’hemmx rivoluzzjoni Soċjalista li fiha ma kienx hemm Lhud fost il-mexxejja. Bħalissa qed jidher li hu l-Partit tal-Lemin tal-poplu Izraeljan li hu dak li qed isir se jkabbar l-anti semitiżmu fid-dinja.”