Il-kunflitt bejn ir-Russja u l-Ukrajna kif se jispiċċa?……”ngħid li se tirbħu l-Istati Uniti” (3) – it-tieni parti

Din l-intervista hija it-tielet parti minn sensiela li dehret il-Ħadd, 26 ta’ Novembru, 2023 fil-ġurnal it-Torċa.

Minn Victor Vella

Il-Gvern Nazzjonalista ma riedx tarzna b’saħħitha…..għal dan batew il-ħaddiema.

Il-gvern Nazzjoanlista ma solva l-ebda problema fit-tarzna. Kull m’għamel kien li elimina il-problema. Dan bħal meta jkollok diehes u taqta’ subgħajk barra. Tkun eliminajt il-problema, imma fir-realtà tlift subgħajk għal dejjem. Meta konna fid-diskussjonijiet fuq il-privatizzazzjoni tat-tarzna, niftakar li konna għednielu lill-gvern li ma naqblux u li għandu jkun il-gvern li jirranġa u ġib it-tarzna fuq saqajha. Il-gvern kellu s-saħħa u ried jibqa’ miexi. Għednielu li għallinqas, jekk irid jipprivatzza għandu jara li jġib l-aħjar operatur. Dan bħal meta jkollok arloġġ u tkun trid tbiegħu. Tmur f’nofs pjazza tar-raħal u mhux fl-imwarrab, u tagħmel dan biex iġġib l-aħjar prezz. Għednielu biex jikkuntatjha l-aħjar u l-akbar tarznari, u semmejnielu diversi Tarznari kbar li jisrghu jkunu interessati jidhlu ghat-Tarzna ta’ Malta. It-tarzna Maltija kellha ħafna vantaġġi għax ninsabu fin-nofs il-Mediterran u b’port kenni.

        Il-gvern Nazzjonalista għażel lil Palumbo għal tal-apposta. Ir-raġuni kienet politika għax il-politika tal-Gvern Nazzjonalista kienet li jagħmel de-industrialization. Ngħid li l-Partit Laburista kompliha. Illum it-tarzna ta’ Bormla m’għadhiex tagħmel ix-xogħlijiet kbar li konna nagħmlu aħna. Tlifna is-snajja kollha. Jaħdmu bil-barranin bic-cheap labour u kundizzjonijiet prekarji. Smajt li anke hemm ħaddiema li jorqdu hemmhekk. Malta tilfet l-opportunità li seta’ jkollha tarzna li tkompli tiżviluppa. Bl-għeluq tat-tarzna l-industrijalizazzjoni ta’ Malta marret lura. Il-kelma ‘Tarzna’ tfisser ‘dar is-sengħa’. It-tarznari huma l-mekka minn fejn joħorġu is-snajja kollha. Ngħid ukoll li ma riedux tarzna kbira għax tkun forza politika kbira.  U batew il-ħaddiema.”

Ma stajtx ma nitkellimx ma’ Sammy dwar xi ħaġa li kont rajtha isehh quddiem għajnejja fit-Tarzna u dejjem baqgħet f’moħħi: Meeting tal-ħaddiema għax kienet se ssir elezzjoni fosthom. Jitkellmu dawk interessati. Battibekki jaħarqu ħafna. Għal ħafna ħin il-kummenti kienu aggressivi mmens.

Sammy Meilaq jgħidilna li “l-ħaddiem tat-tarzna dejjem kellu konoxxenza tajba tal-politika u ta’ dak li jkun qed jiġri madwaru. Għandek il-qasam trejdunjonistiku fit-Tarzna li kien qawwi.  Issa hemm żewġ kategoriji  ta’ trejdunjoniżmu. Hemm dak politiku u dak industrijali. Hemm unions li għandhom rwol politiku u dik tiġi esegwita f’ċertu istituzzjonijiet.  It-trejdunjoniżmu politiku ġieli jiġi f’kunflitt inevitabbli. It-tarzna kienet il-mamma fejn jidħol it-trejdunoniżmu politiku militanti.  Hu s-Sette Giugno, hemmhekk issib li kien hemm tat-tarzna.  Kellek l-irvelljiet tas-sena 1958 u fihom il-ħaddiema tat-Tarzna ukoll kienu protagonisti. Tat-tarzna meta kienu joħorġu dejjem kienu jkunu magħqudin u dejjem magħqudin mas-saħħa tal-union. Konna niġġieldu bejnietna imma dan dejjem sar fl-interessi tagħna. Minkejja kollox konna nibqgħu magħqudin. Il-ħaddiema tatt-tarzna huma konxji politikament. Kellek koncentrazzjoni kbira ta’ ħaddiema f’post wieħed.  Kien hemm pool kbir ta’ tagħrif tekniku, kulħadd jitgħallem mingħand xulxin. Mhux taghlim tekniku biss madankollu, imma kien hemm ukoll pool kbir ta’ tagħrif politiku. 

Il-pubblikazzjoni tal-ktieb… fejn irid tasal

Nitkellmu miegħu dwar l-aħħar ktieb li ppubblika bit-titlu “L-Aħħar Testment ta’ Karmenu Mifsud Bonniċi – Dnubiet u Profeziji”.  Jiddikjara li “l-ktieb hu espożizzjoni ta’ pożizzjoni politika ta’ Dom Mintoff u Karmenu Mifsud Bonniċi. Deherli li importanti li dan isir b’mod organizzat fi ktieb.  Il-pożizzjoni ta’ Dom Mintoff u Karmenu qatt ma ingħatat pubbliċità.  La mill-akkadmeja….minn ħadd. Għandek pożizzjoni politika ta’ importanza li twarrbet. Jien qbilt mal-idea ta’ Karmenu, dik li niktbu dwar ir-relazzjonijiet ta’ Malta mal-Unjoni Ewropea, qabel thalna membri u wara. Il-kontenut tal-ktieb hu ‘work in progress’, ghax il-gejjieni ghad jiddeciedi b’mod finali dwar l-argumenti ta’ Mintoff u Karmenu.”

Il-problema kbira għall-paċi fil-Mediterran hija n-NATO

Ma stajniex ma nitkellmux dwar il-paċi fil-Mediterran, il-problemi u l-isfidi li dan ir-reġjun qed jiffaċċja llum. Sammy jisħaq li “l-problema kbira għall-paċi fil-Mediterran hi l-kwistjoni tan-NATO. In-NATO hi organizazzjoni li fuq il-karta l-għan tagħha kien li jekk xi pajjiż membru jiġi attakkat jaqbżu għalih, imma fir-realta’ l-ghanijiet tal-organizazzjoni huma l-kontra. Minn 1949 ‘lhawn  l-ebda pajjiż tan-NATO ma ġie attakkat, imma tinsa kemm in-NATO attakkaw pajjiżi oħra bla ma kienu għamlu xi provokazzjoni. In-NATO de facto hi militarista kif iġġib ruħha u toppressa pajjiżi oħra.

        Mill-bidu nett dahhlet maghha mexxejja faxxisti bħala Salazar tal-Portugal.  Il-Greċja faxxista ukoll kienet parti ninn NATO meta l-Istati Uniti mexxiet kolp ta’ stat fil-Greċja fl-1967 flimkien mal-armata Griega. Il-militar faxxista qatlu lill-politiċi demokratikiċi, żgħażagħ u trejdunjonisti. Il-Grecja damet seba’ snin taħt dittatura faxxista u fl-istess waqt kienet parti minn NATO. Issa jridu jdaħħlu l-Ukrajna, li hu l-uniku pajjiż fid-dinja li parti mill-armata tiegħu hi Nażista (il-grupp ta’ Bandera). Din hi xi ħaġa li rridu nibżgħu minnha. In-NATO għamlet ħafna gwerer …gwerrer ta’ aggressjoni.

        Pajjizi tan-NATO invadew l-Iraq, qatlu nofs miljun ruh innocenti u holqu lil-fuq minn tlett miljun refugjat ghax qalu li l-Iraq ghandu l-armi tal-qirda tal-massa. Apparti li din kienet gidba, anke kieku kienet vera, kien ikun ifisser li dawn il-pajjizi tan-NATO wettqu dan is-sagrilegg ghax l-Iraq kien ser ikun bhalhom! Ghax il-pajjizi tan-NATO mimlija armamenti tal-qirda tal-massa!

        Pajjizi tan-NATO kissru l-Libja, u qatlu lil Gaddaffi ghax ried li johloq munita Afrikana komuni li tintuza flok id-dollaru Amerikan. Dan kien sar maghruf pubblikament mill-emails ta’ Hilary Clinton. Fost l-atrocitajiet imwettqa hemm mil-qtil ta’ eluf kbar ta’ nies civili fi djarhom bil-carpet bombing tal-belt ta’ Sirte.

        Malta l-aktar pajjiz fl-Ewropa li tilef minn din l-aggressjoni qerrieda. Tlifna x-xoghol u l-investiment, u l-Mediterran sar aktar instabbli. 

        Jien ghalhekk kont kontra li bħala pajjiż nidħlu man-NATO fil-Partnership for Peace, ghax fir-realta’ din hija shubija fil-gwerrer u mhux fil-paci. F’din il-bicca il-Partit Laburista qiegħed f’koalizzjoni mal-Partit Nazzjonalita biex daħħlu lil Malta fil-Partnership for Peace. Aktar ma Malta tirtira minnu malajr, aktar aħjar. 

        L-agħar li jista’ jiġri hu li nidħlu fl-armata tal-Unjoni Ewropea. Din hija marbuta man-NATO u tkun tinkludi li tagħmir militari ikun jista’ fiżikament jgħaddi minn ġo Malta. Tkun tinkludi ukoll li ma jkunx hemm restrizzjonijiet politiċi biex suldati tan-NATO jiġu hawn. Malta tkun qed tintrabat li tintuża għal attivitajiet militari bl-art u bil-baħar min-NATO, li ma jkunux ta’ difiza biss imma anke biex jattakkaw lil girien taghna fil-Mediterran. Jekk isir dan ikun tradiment għall-poplu Malti.”

        “Possibli li ma naqblux ma dak li kien jghid Mintoff li; ‘l-poplu Malti dejjem intuza biex jiggieled il-gwerrer ta’haddiehor?’” itemm jgħid Sammy Meilaq.