Dan l-aħħar il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat ta’ konferenza stampa flimkien mal-Prim Ministru Daniż Mark Rutte u mal-Prim Ministru Slovakk Robert Fico.wara li t-tlieta li huma kienu iddiskutew bejniethom dwar kif l-aħjar li Malta tkompli bl-aġenda waqt li is-sena d-dieħla, fl-2017, ikollna il-presidenza tal-Unjoni Ewropea. Il-Prim Ministru Malti, fost affarijiet oħra qal li għandna l-bogħod milli naslu fi qbil dwar kif jiġu allokati ir-rifuġjati, għalkemm wera li forsi għad nistgħu naslu.
Waqt il-konferenza stampa tkellmu wkoll iż-żewġ prim ministri l-oħra. Dwar il-problema tar-refuġjati ħadd minnhom ma semma xejn dwar kif nistgħu nwarrbu l-kaġun ta’ kif jiħolqu ir-refuġjati, imma tkellmu biss dwar kif jistgħu jitqassmu. Jidher ċar allura li l-Unjoni Ewropea m’għandha l-ebda ħsieb li twaqqaf il-gwerrer u l-bejgħ tal-armamenti lejn il-Lvant Nofsani, għax dawn huma l-kaġun ewlieni tar-refuġjati u tal-immigranti.
Jidher ċar ukoll li billi jkollna l-presidenza tal-Unjoni Ewropea is-sena d-dieħla, il-gvern Malti se jbaxxi rasu għall-kbarat tal-Unjoni Ewropea u ma jpoggix il-kaġun tar-refuġjati bħala suġġett ewlieni fuq l-aġenda biex jingħata l-akbar importanza li jixraqlu. Jekk il-gvern Malti jonqos milli jinforza li l-kaġun tar-refuġjati jigi ittrattat allura jkun qiegħed jieħu pożizzjoni immorali kif ukoll kontra l-interessi nazzjonali tal-pajjiżi tal-Mediterran, inkluż ta’ Malta.