Sajf Gaddafi, it-tifel ta’ Muammar Gaddafi, kien ġie arrestat u akkużat li ipprova jfixkel ir-revoluzzjoni fil-Libja. Għalhekk f’Lulju tal-2015 huwa kien ġie ikkunndannat għall-mewt mill-qorti Libjana u mitfugħ il-ħabs. Iżda issa wara li l-Libjani qedin jaraw kif l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea kissru il-Libja u qatlu eluf ta’ Libjani innoċenti taparsi biex idaħħlu d-demokrazija, l-istess qorti Libjana, li hija l-qorti ikkonoxxuta mill-Ġnus Magħquda, fit-12 ta’ April li għadda illiberat lil Sajf Gaddafi mill-akkużi kollha.
Barra minn Sajf Gaddafi il-qorti illiberat ukoll minn sentenza ta’ għomor il-ħabs lil sitt ex-ministri tal-gvern ta’ Gaddafi.
Il-biċċa l-kbira tal-media fl-Ewropa, inkluż f’Malta, din l-aħbar ħbewa kemm felħu għax tkompli tikxef kemm il-Libjani qedin jaraw kemm marru lura bil-gwerra li għamlu l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea fil-Libja.