European Trade Union Confederation (ETUC)

etuc__clc__logo_re_cetaIl-European Trade Union Confederation (ETUC) twaqqfet fl-1973. Miġburin flimkien fl-ETUC hemm 89 organizazzjoni trejdunjonista kif ukoll għaxar federazzjonijiet trejdunjonista mid-diversi pajjiżi tal-Ewropa. Fost dawn hemm ukoll il-General Workers Union, il-Confederation of Malta Trade Unions u Forum Unions Maltin. B’kollox l-ETUC tirrapreżenta 45 miljun membru.

 

L-ETUC regolarment ixxandar stqarrijiet u riżoluzzjonijiet dwar dak kollu li jolqot lill-ħaddiema kemm fil-qasam industrijali kif ukoll fil-qasam soċjali. Fost is-suġġetti li tittratta l-ETUC hemm il-ħolqien tax-xogħol permess tal-investiment statali, il-ġlieda kontra x-xogħol prekarju, it-tneħħija tal-moħbiet fejn ma titħallasx it-taxxa(tax havens), id-drittijiet industrijali tal-ħaddiema emigranti, l-oppożizzjoni kontra it-Transatlantic Trade and Investment Partnership (TTIP), l-oppożizzjoni kontra l-privatizazzjoni ta’  servizzi pubbliċi bħal dawk tas-saħħa u tal-edukazzjoni u ħafna suġġetti oħra.