Malli l-Gvern Laburista ħabbar li jrid jibdel il-Kostituzzjoni, l-Front Maltin Inqumu mill-ewwel ra li din hija opportunita biex il-ħaddiema jaraw li f’dan it-tibdil jiddahlu d-drittijiet soċjali tal-poplu u d-drittijiet industrijali tal-ħaddiema. B’hekk jiġi assigurat li dawn isiru jobtu legalment kif ukoll legalment ma jkunux jistu’ jiġu rinunzjati.
Dan jidher ċar propju fl-ewwel paragrafu tal-ittra mibgħuta lil Dr. Franco Debono, Koordinatur għar-reviżjoni tal-Kostituzzjoni, fit-28 t’ Ottubru 2015, fejn jgħid dan li ġej:
“Il-Front huwa tal-fehem li jekk se jsiru emendi għall-Kostituzzjoni ta’ Malta, għandhom jidħlu prinċipji li jsaħħu r-rieda ta’ pajjiżna għall-paċi fost il-ġnus, għall-ħarsien t’ aktar ġustizzja soċjali u tad-drittijiet industrijali għall-ħaddiema.”