Il-mexxej Laburista Ingliż Jeremy Corbyn qiegħed isostni li permezz tal-ħruġ tal-Ingilterra mill-Unjoni Ewropea, l-Ingilterra għandha twarrab diversi regoli ħżiena tal-UE li jolqtu ħażin lill-poplu. Huwa qal li fin-negozjati li jridu jsiru mal-UE dwar il-Brexit, il-gvern Ingliż għandu li jkun ħieles li jista’ jgħin lil dawk il-kumpaniji li jkunu se jfallu u se jkeċċu l-ħaddiema biex isalva l-impjiegi. Il-gvern għandu jara wkoll li ma jibqax marbut li jrid jipprivatizza is-servizzi pubbliċi.
Corbyn qed jinsisti illi xorta waħda l-Ingilterra tista’ tkun parti mis-suq tal-UE u fl-istess waqt iżżomm dawn id-drittijiet.
Attwalment Jeremy Corbyn jemmen li ikun aħjar għall-UE kollha, mhux għall-Inghilterra biss, li is-servizzi pubbliċi ma jiġux ipprivatizzati u li l-gvernijiet jgħinu biex jiġu salvati l-impjiegi. Corbyn huwa kontra l-politika ekonomika kif imħaddma mill-UE.