Apoloġija u kumpens minn N.A.T.O.

Ftit tal-ġimgħat ilu ġie Malta Jens Stoltenberg, is-Segretarju Ġenerali tan-North Atlantic Treaty Organization (Nato). Waqt intervista mal-ġurnal lokali The Times, fost affarijiet oħra huwa qal li Malta għandha taħdem flimkien ma’ n-Nato biex jiġi aċċertat ir-rispett lejn il-liġi internazzjonali u lejn is-sovranita territorjali, kif ukoll sabiex potenzi kbar ma jitħallewx jintervenu ġewwa pajjiżi oħra.

Dawn huma żewġ siltiet minn dak li qal kif imxandar mill-ġurnal:

“…especially for small countries it is extremely important that international law and territorial sovereignty is respected.”

“It is extremely important not to re-establish a system whereby big powers have the right to intervene in countries to have spheres of influence.”

Vera kliem sabiħ li qal Stoltenberg. Il-ħasra kbira hija iżda li biex dawn il-miri li semma Stoltenberg jintlaħqu l-ewwel li għandu jsir hu li n-Nato ixxolji ruħha, għax in-Nato hija l-akbar forza li fl-istorja riċenti dinjija li l-aktar li zebilħet il-liġi internazzjonali u li l-aktar li interveniet militarment kontra pajjiżi oħra biex timponi ir-rieda politika tagħha. In-Nato inħolqot fl-1949 bi ftehim bejn l-Istati Uniti, il-Kanada u l-pajjiżi tal-Ewropa tal-Punent biex f’kas li xi pajjiż minnhom jiġi attakkat, allura kulħadd jaqbeż għal xulxin. Iżda matul dawn l-aħħar snin in-Nato għamlet il-kontra.

Il-gwerra tan-Nato kontra l-Afganistan issa ilha aktar minn 12-il sena u m’hemmx ħjiel meta se tispiċċa. Il-gwerra kontra l-Iraq, li n-Nato bdiet permezz tal-gidba li l-Iraq għandu l-armamenti kimiċi, suppost li spiċċat iżda l-inkwiet għadu għaddej sal-lum. Il-gwerra li għamlet in-Nato kontra Gaddafi fil-Libja ġabet ħerba sħiħa.L-istess qiegħed jiġri fil-Jemen, fejn in-Nato qiegħda tforni l-iSaudi Arabia bl-armamenti.

Dawn il-gwerrer kollha tan-Nato, kollha kemm huma kienu interventi biex tiġi imponuta r-rieda politika tan-Nato billi jitwaqqgħ gvernijiet u flokhom jittpoġġew oħrajn li jkunu pupazzi tal-Istati Uniti u ta’ pajjiżi oħra kbar tan-Nato, bħal l-Ingilterra u Franza. F’dawn il-gwerrer kollha wkoll, in-Nato kisret il-liġijiet internazzjonali mhux biss għax interveniet iżda għax wettqet ukoll kriminalita tal-gwerra permezz tat-tfiegħ tal-bombi kimiċi u ta’ attakki fuq sptarijiet, skejjel u abitant.

Fil-każ tal-gwerra li n-Nato għamlet biex kissret il-Libja, Malta sofriet bil-kbir. Aħna tlifna ix-xogħol, tlifna l-investiment, tlifna l-kontroll fuq l-immigrazzjoni, u tlifna wkoll is-sigurtà ta’ pajjiż ġirien li llum ma nafux kif se jispiċċa.

Allura huwa ċar li dak li qal Stoltenberg huwa biss kliem diżonest. Huwa kliem l-oppost tal-verita. Il-popli tad-dinja paċi għandhom bżonn mhux gwerrer. Jekk Stoltenberg irid ikun onest għandu jipproponi li n-Nato titlob maħfra ta’ kemm qatlet nies innoċenti, tikkompensa finanzjarjament lill-pajjiżi li kissret u li ħaqret, u xxolji,