Il-kbarat tal-Unjoni Ewropea ilhom is-snin jgħidu li l-kriżi tal-banek privati fiż-żona euro tinsab taħt kontroll, jekk mhux ukoll għaddiet għal kollox. Iżda matul dawn l-aħħar ġimgħat kompliet toħroġ il-verita għax tlett banek privati kbar oħra fallew.
L-ewwel li falla kien il-bank Spanjol, Banco Popolar. Dan il-bank fi Frar li għadda irreġistra telf ta’ 3.5 biljun euro u qal li se jkollu aktar telf. Dan it-telf kollu ġie mis-self spekulattiv fis-suq tal-propjeta.
Ftit tal-ġranet wara fallew żewġ banek privati kbar oħra fl-Italja, il-Veneto Banca u l-Banco Popolare di Vicenza. Il-falliement ta’ dawn iż-żewġ banek kien ikkaġunat ukoll kemm minn self spekulattiv li qatt ma jista’ jitħallas lura lill-banek, u minn skandli oħra simili. Il-gvern Taljan iddeċieda li joħroġ sbatax –il biljun euro mit-taxxi tal-poplu biex ixolji dawn iż-żewġ banek u jgħaddi l-ħidma tagħhom lil bank privat ieħor jismu Banca Intesa. Dawn is-sbatax -il biljun euro mit-taxxi tal-poplu Taljan huma maqsumin 12 il-biljun euro biex jagħmlu tajjeb għat-telf li għamlu l-banek privati u 5 biljun euro għotja lil Banca Intesa talli ħa jidħol għall-ħidma flok iż-żewġ banek falluti.
Barra minn hekk ġie deciż ukoll li madwar 4,000 ħaddiem taż-żewġ banek privati falluti jingħataw is-sensja.
Dawn il-fatti juru illi:
(1) Il-kriżi tal-fallimenti tal-banek privati fiż-żona euro għadha għaddejja.
(2) Il-poltika tal-Unjoni Ewropea hija garanzija ta’ sussidju infinit mit-taxxi tal-poplu għall-banek privati li jfallu.
(3) Ħadd ma jiġi imġiegħel jieħu responsabiltà tal-fallimenti ħlief il-klassi tal-ħaddiema, billi tħallas it-taxxi biex tissussidja is-sidien tal-banek li fallew u billi tbgħati bis-sensji li jirriżultaw.